Home One News Laura Paffenholz hija t-tfajla li nqatlet il-lejl li għadda wara inċident bil-mutur...

Laura Paffenholz hija t-tfajla li nqatlet il-lejl li għadda wara inċident bil-mutur f’Raħal Ġdid

49
0
SHARE
Advertisement

Laura Katarina Paffenholz hija t-tfajla ta’ 23 sena mill-Ġermanja li tilfet ħajjitha tard ilbieraħ filgħaxija f’inċident bil-mutur. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:45 pm tas-Sibt fi Vjal Santa Luċija Raħal Ġdid.

Jidher li s-sieħeb tagħha kien qed isuq il-mutur tat-tip Yamaha, tilef il-kontroll tiegħu minħabba xi żrar u ġebel li kien hemm fit-triq, bil-konsegwenza li l-ġuvni u tfajla li kienet passiġġiera miegħu waqgħu minn fuqu. F’dak il-ħin, trakk li kien qed jinstaq minn Taljan ta’ 43 laqat lit-tfajla, bil-konsegwenza li nqabdet taħtu.

Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei iżda sfortunatament it-tfajla ġiet ċċertifikata mejta fuq il-post. Hu mifhum li t-tfajla u l-ġuvni kienu ilhom għal dawn l-aħħar xhur joħorġu flimkien.

Dwar dan il-każ inħatret inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Aaron Bugeja bl-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Raħal Ġdid.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Tfajla ta’ 23 sena tmut wara inċident bil-mutur f’Raħal Ġdid

 

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here