Home Newsbook L-ewwel titjira għall-akbar ajruplan fid-dinja

L-ewwel titjira għall-akbar ajruplan fid-dinja

5
0
SHARE
Advertisement

F’Kalifornja l-ikbar ajruplan fid-dinja tar għall-ewwel darba bejn il-Majave Air u Space Port f’Mojave. L-ajruplan huwa kbir kważi daqs l-istazzjon Internazzjonali Spazjali u jiżen aktar minn 200,000 kilogramma.

L-ajruplan beda l-ewwel vjaġġ tiegħu is-Sibt fis-6.58am u dam madwar sagħtejn u nofs. Dan l-ajruplan ġie mibni mill-kumpanija Amerikana Stratolaunch u huwa ddisinjat biex itajjar ir-rokits mill-arja.

Stratolaunch huwa ffinanzjat mill-billjunarju Paul Allen li miet f’Ottubru li għadda.  Is-CEO tal-kumpanija Jean Floyd qal li dan il-vjaġġ kien wieħed fantastiku. Kompla li huwa kburi mit-tim li ħadem fuq dan l-ajruplan.

The post L-ewwel titjira għall-akbar ajruplan fid-dinja appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here