Home One News “Id-deċiżjonijiet li jieħu dan il-Gvern huma ta’ responsabbiltà u fl-aħjar interess ta’...

“Id-deċiżjonijiet li jieħu dan il-Gvern huma ta’ responsabbiltà u fl-aħjar interess ta’ pajjiżna”- il-PM

10
0
SHARE
Advertisement

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal d-deċiżjonijiet li jieħu dan il-Gvern huma ta’ responsabbiltà u dejjem fl-aħjar interess ta’ pajjiżna. Qal dan waqt attivitá politika fiċ-Ċentru Laburista fil-Mellieħa b’referenza għal-każ tal-vapur Alan Kurdi b’64 persuna abbord li ġew salvati fl-aħħar jiem.

B’referenza għall-għaqda Ġermaniża li ġabret lil dawn in-nies mill-ilmijiet mediterranji, il-Prim Ministru reġa’ spjega kif ma tħallewx jidħlu l-Italja u b’hekk trakkaw qrib Malta. B’riżultat ta’ dan għal darb’oħra kien hemm il-pressjoni fuq Malta. Il-Prim Ministru emfasiżża li din il-problema ma ħolqithiex Malta, iżda b’responsabbiltà u prinċipji sodi dan il-Gvern irikonoxxa l-importanza tal-ħajja umana.

Kien b’hekk li l-Gvern Malti għen sabiex dawn l-immigranti jiddaħlu Malta b’għajnuna wkoll tal-Kummisjoni Ewropea. Dan hekk kif intlaħaq kompromess biex dawn l-immigranti issa jitqassmu f’erba’ pajjiżi Ewropej differenti. B’hekk l-ebda’ immigrant mhu se jibqa’ Malta.

Il-Prim Ministru semma’ wkoll it-tkabbir tal-kumpanija Aurobindo li b’investiment ta’ €3 miljun se tibda’ tmexxi testijiet fuq mediċini minn pajjiżi oħra, qabel ma’ dawn jiġu rilaxxati fis-suq Ewropew. Proċess li jisejjaħ ‘batch releasing’. B’referenza għal postijiet ġodda tax-xogħol grazzi għal dan l-investiment, uffċijali fi ħdan il-kumpanija kkonfermaw mal-Prim Ministru li kien grazzi wkoll għal ħaddiema barranin li ħaddiema Maltin jistgħu jżommu xogħlhom fil-kumpanija. Dan hekk kif dan l-investiment kien f’kompetizzjoni ma’ pajjiżi oħra u kien permezz ta’ ħaddiema barranin u Maltin li dawn il-postijiet jistgħu jimtlew u b’hekk inġieb dan l-investiment. B’hekk il-Prim Ministru enfasiżża l-importanza tal-ħolqien tal-ġid. Ħolqien li jwassal għal titjib f’kull settur f’pajjiżna. Ħolqien tal-ġid li wassal sabiex ukoll f’kull budget tnaqqsu t-taxxi.

Ħolqien li se jwassal għal ċekkijiet ta’ rifużjoni tat-taxxa għal kull min jaħdem u jaqla’ inqas minn €60,000 fis-sena. Il-Prim Ministru spjega kif permezz ta’ din l-iskema, l-poplu ingħata €23 miljun lura. Dan flimkien ma’ skemi u benefiċċfji oħra bħaż-żieda fil-pensjoni u t-tnaqqis fil-kontijiet. Dan kollu grazzi għal ekonomija b’saħħitha li qed igawdi minnha pajjiżna.

Il-Prim Ministru qal li dan kollu jasal bil-fiduċja tal-poplu. Fiduċja li tinkiseb hekk kif b’differenza għal gvernijiet oħra, il-poplu għaraf li dan huwa gvern li dak li jwiegħed, iwettqu.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here