Home Net News Aktar dewmien mal-linja tal-ajru nazzjonali

Aktar dewmien mal-linja tal-ajru nazzjonali

4
0
SHARE
Advertisement

Diversi persuni għal darb’oħra esperjenaw aktar dewmien mal-linja tal-ajru nazzjonali AirMalta. Dan hekk kif passiġġieri li kellhom jaslu Malta minn Munich mat-titjira KM307 fis-2.20pm tal-Ħadd waranofsinhar, ġie pospost għal għada filgħodu.

Air Malta spjegaw li dan seħħ minħabba ċirkostanzi li ma kellhomx kontroll fuqhom. Konsegwenza ta’ dan kollu – it-titjira KM512/3 minn Malta lejn Vjenna, li tgħaddi minn Katanja – ġiet posposta mit-3pm għal 5pm.

Iżda dan mhux biss – l-għaliex it-titjira KM626/7 minn Malta għal Milan(Linate) lI suppost kellha titlaq ftit wara s-sitta issa mistennija titlaq għall-ħabta tad-disgħa tal-lejla.

Dan filwaqt li t-titjira KM662/3 minn Malta għal Palermo issa ser titlaq għall-ħabta ta’ nofsillejl meta suppost kellha titlaq fid-disgħa ta’ filgħaxija

The post Aktar dewmien mal-linja tal-ajru nazzjonali appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here