Home Net News AĠĠORNATA: Żewġ nisa imutu f’inċident tat-traffiku; 7 oħra feruti gravi

AĠĠORNATA: Żewġ nisa imutu f’inċident tat-traffiku; 7 oħra feruti gravi

10
0
SHARE
Advertisement

Żewġ persuni tilfu ħajjithom u żewġ persuni oħra sofrew feriti gravi f’inċident li seħħ illejla fi Triq Buqana fil-Mosta, direzzjoni lejn l-Imġarr.

Jirriżulta li fl-inċident, li seħħ ftit wara d-9pm, kienu nvoluti għadd ta’ karozzi, b’għadd ta’ persuni nqabdu fil-vetturi li kienu fihom, fosthom tfal.

Kawża tal-impatt, karozza minnhom waqgħet fil-gandott fond, fejn għadhom għaddejjin xi xogħolijiet, fuq in-naħa tax-xellug tat-triq.

Fil-post, intervjenew immedjatament Pulizija, membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u numru ta’ timijiet mediċi. Preżenti kien hemm ukoll għadd ta’ Uffiċjali ta’ Transport Malta.

Ilbieraħ filgħodu, karozza sportiva wkoll waqgħet fl-istess żona fejn seħħ l-inċident. Madankollu, fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dak l-inċident.

L-inċident tqies bħala wieħed maġġuri, anke minħabba li staff ta’ Mater Dei issejħu għax-xogħol biex jassistu .

Fil-fatt, fuq Facebook, it-tmexxija tal-Isptar Mater Dei appellat lin-nies biex ma jmorrux fid-Dipartiment tal-Emerġenza jekk mhux meħtieġ.

Dwar l-inċident tal-lum, infetħet Inkjesta Maġisterjali, b’diversi esperti tal-Qorti qed jassistu.A

The post AĠĠORNATA: Żewġ nisa imutu f’inċident tat-traffiku; 7 oħra feruti gravi appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here