Home Newsbook Tibda t-tieni fażi ta’ restawr fuq il-Victoria Lines

Tibda t-tieni fażi ta’ restawr fuq il-Victoria Lines

6
0
SHARE
Advertisement

Ingħata bidu għat-tieni fażi ta’ restawr fuq il-Victoria Lines fin-naħa tal-Għargħur. Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici qal li din il-proġett se jara r-restawr ta’ dawn il-fortifikazzjonijiet uniċi f’Malta li huma monument uniku ta’ arkitettura militari lokali.

Il-Victoria Lines kienu nbnew lejn l-aħħar tas-seklu 19 b’tul ta’ madwar 12-il kilometru mill-Madliena għal Fomm ir-Riħ.

Matul dawn l-aħħar xhur, id-Direttorat tar-Restawr għamel ukoll xogħlijiet ta’ emerġenza ta’ tiswija u restawr fuq biċċtejn mill-Victoria Lines ta’ Binġemma.

The post Tibda t-tieni fażi ta’ restawr fuq il-Victoria Lines appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here