Home One News Jake jsir ambaxxatur ta’ Summer on the Move

Jake jsir ambaxxatur ta’ Summer on the Move

11
0
SHARE
Advertisement
It-tifel li seraq il-qlub ta’ bosta, Jake Vella, ingħata t-titlu ta’ Ambaxxatur ta’ Summer on the Move.
Dan hekk kif għal sena oħra SportMalta nediet il-programm Summer On The Move li se jkun offrut bejn Lulju u Settembru 2019. Permezz ta’ dan il-programm SportMalta qed tkompli tixxpruna soċjeta’ Maltija aktar attiva u parteċipativa fl-isport u li apparti tilħaq livelli għola fid-dinja tal-isport kompetittiv, tgawdi mill-benefiċċji tas-saħħa assoċċjati mal-isport.
Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji Clifton Grima żar l-attivitajiet fil-Kumpless Sportiv ta’ Hal Kirkop fejn iltaqa’ mal-kowċis u l-parteċipanti. Huwa qal li l-programm Summer On the Move mistenni jilħaq in-numru ta’ 7000 parteċipant b’iktar minn 400 sessjoni fil-ġimgħa mmexija minn iktar minn 400 għalliem u kowċ kkwalifikat u li huma dedikati biex joffru servizz ta’ kwalita’.

“Il-gvern hu impenjat li jkompli jgħolli l-livell tal-isport f’pajjiżna b’aktar investiment permezz tal-istrateġija nazzjonali tal-isport fejn inħolqot kummissjoni fejn qiegħda tiltaqa’ mal-istakeholders kollha biex naraw kif l-atleti żgħar ikunu jistgħu jaċċellaw kemm lokali u kif ukoll fuq livell internazzjonali,” spjega s-Segretarju Parlamentari.
Dawn l-attivitajiet huma offruti f’numru ta’ ċentri madwar Malta u Għawdex f’ambjent modern, attrezzat bl-aqwa apparat sportiv.
L-attivitajiet offruti huma varji, minn football, basketball u ġinnastika, għall-karting u arti marzjali. Ma jonqosx l-isport akwatiku; l-għawm, waterpolo kif ukoll l- ibburdjar. Għall-adulti wieħed isib yoga, pilates u fitness ta intensitajiet differenti, kif ukoll badminton, għawm u self-defence. Din is-sena se jiġi wkoll estiż il-programm tal-parent and child fejn minbarra l-għawm se jiġi offrut il-ġinnasitka u fundamentals.
Summer On the Move jinkludi wkoll lezzjonijiet għall-adulti fejn dawn isiru fl-istess ħin tal-attivitajiet tat-tfal, sabiex dawk il-ġenituri li jġibu lil uliedhom jistgħu jiġu bħala familja u jipparteċipaw fl-istess ħin.
L-applikazzjoni għal Summer On the Move 2019 tista’ titniżżel mis-sit uffiċjali ta’ SportMalta http://www.sportmalta.org.mt u tintbagħat lil SportMalta fl-indirizz Kumpless Sportiv Kottonera, Vjal il-Kottoner, Bormla BML 9020 jew tista’ tapplika online fuq https://www.sportmalta.org.mt/programmes/online-booking-form/. L-applikazzjonijiet huma miftuħin sal-14 ta’ Ġunju.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here