Home One News L-MBB tisħaq dwar l-importanza li l-MEP’s jaħdmu flimkien

L-MBB tisħaq dwar l-importanza li l-MEP’s jaħdmu flimkien

4
0
SHARE
Advertisement

Il-Malta Business Bureau qed tisħaq fuq l-importanza li l-ewroparlamentari eletti fil-parlament jaħdmu flimkien bla partiġġjaniżmu sabiex jiddefendu isem pajjiżna.

Hekk saħaq l-president tal-Malta Business Bureau, Simon De Cesare waqt laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat, id-deputat mexxej tal-Partit Laburista, Chris Cardona, u kandidati tal-Partit Laburista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew sabiex jiddiskutu magħhom il-manifest tagħhom għall-elezzjonijiet li ġejjin.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr li huwa importanti l-kandidati eletti fil-parlament ewropew dejjem jiġbdu ħabel wieħed sabiex jiġi difiż isem pajjiżna. Saħaq li dan ma tantx ġara f’din il-leġislatura u kien hemm mumenti fejn saħansitra l-propoganda tal-ewroparlamentari tal-oppożizzjoni kienet se taħrab minn taħt idhom.

Eżempju ta’ dan kien meta ivvutaw kontra li jiġi skattat artiklu 7 kontra Malta, wara li l-Artiklu kien se jiġi skattat minħabba l-propoganda paritġġjana tal-istess ewroparlamentari kontra pajjiżna.

Dr. Joseph Muscat saħaq li pajjiżna se jkun kontra li jkun hemm għeluq għal swieq biex jikkompetu mas-suq Ewropew hekk kif fi kliemu dan ikun kontraproduċenti. Huwa kompla jgħid li bħala pajjiż dejjem gawdejna minn swieq miftuħa. Fl-aħħar nett huw stqarr li għad hemm bżonn li jiġu mhejjuna dawk in-nies fl-Ewropa, inkluż il-ftit f’pajjiżna, li għadhom fil-faqar. Saħaq li l-gvern se jibqa’ impenjat sabiex isib soluzzjonijiet għal dawn il-problemi b’soluzzjonijiet frott is-sens komun.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here