Home Newsbook Attent jekk sejjer lejn Ħaż-Żebbuġ

Attent jekk sejjer lejn Ħaż-Żebbuġ

7
0
SHARE
Advertisement

Attent jekk se tgħaddi minn Triq l-Imdina direzzjoni lejn Ħaż-Żebbuġ. Dan hekk kif fl-aħħar ħin seħħ inċident bejn żewġ vetturi.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30pm. Riżultat ta’ dan l-inċident inġema’ xi traffiku hekk kif waħda miż-żewġ karreġġjati lejn Ħaż-Żebbuġ kellha tingħalaq.

Kawża tal-inċident inxtered xi żejt fit-triq, għalhekk is-sewwieqa huma mħeġġa jsuqu b’attenzjoni.  Ħadd ma jidher li weġġa’ kawża ta’ dan l-inċident.

The post Attent jekk sejjer lejn Ħaż-Żebbuġ appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here