Home Net News Xamma ta’ ċamata oħra mir-rapport GRECO

Xamma ta’ ċamata oħra mir-rapport GRECO

6
0
SHARE
Advertisement

Jidher
li l-Gvern qala ċamata oħra għal dik li hi n-nuqqas ta’ azzjoni
minn naħa tiegħu f’dik li hi l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

Dan
stqarru l-Ministru Owen Bonnici stess meta mistoqsi minn Net News
dwar ir-rapport Greco – rapport li għadu jrid jiġi ppubblikat.

Owen Bonnici qal li mill-informazzjoni li għandu, il-GRECo għamlet proposti f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

Lill-Ministru
tal-Ġustizzja staqsejnih meta l-Gvern beħsiebu jagħti l-kunsens
tiegħu biex jiġi ppubblikat dan ir-rapport. Dan għaliex minkejja
li dan ir-rapprt huwa maħruġ mill-Kunsill tal-Ewropa, jeħtieġ
il-kunsens tal-Gvern tal-pajjiż biex jiġi ppubblikat.

Minkejja li Net News prova għal darba darbtejn tlieta jistaqsi lill-Ministru meta l-Gvern se jkun qed jagħti dan il-kunsens hu baqa’ biss jgħid li dan se jsir, mingħajr ma jikkommetti ruħu dwar meta.

Il-Kunsill tal-Ewropa diġa għamel talba formali sabiex il-Gvern Socjalista Malti jippubblika r-rapport miġbur mill-grupp tal-Kunsill Ewropew ta’ kontra l-korruzzjoni, magħruf bħala GRECO mill-aktar fis possibbli.

Mistoqsi jekk hu kienx qara r-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa, Owen Bonnici indika li r-rapport jerġa jisħaq li l-Gvern Soċjalista ghandu jieħu azzjoni serja fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Xi haga li anke l-Kap tal-PN Adrian Delia qed jinsisti li baqgħet ma saritx.

Dan ifisser li jekk il-Gvern jagħti l-kunsens tiegħu għall-pubblikazzjoni ta’ dan ir-rapport, għandna nistennew ċamata oħra lill-Gvern Malti dwar in-nuqqas lampanti ta’ azzjon kontra l-korruzzjoni f’pajjiżna.

The post Xamma ta’ ċamata oħra mir-rapport GRECO appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here