Home One News Ħelsien mill-arrest għall-Isqalli li nqabad idaħħal 200kg kannabis

Ħelsien mill-arrest għall-Isqalli li nqabad idaħħal 200kg kannabis

3
0
SHARE
Advertisement

Ingħata l-ħelsien mill-arrest Anthony Rametta – Sqalli ta’ 41 sena minn Sirakuża li qed jaffaċċja akkuzi ta’ importazzjoni u pussess ta’ mitejn kilogramma reżina tal-kannabis.

Il-każ imur lura għal-Lulju li għadda meta d-droga nstabet ġol vann li twaqqaf mill-pulizija.

Il-vann twaqqaf f’Ta’ Qali fejn instabu 90 kilogramma reżina tal-Kannabis f’kannestri tad-dulliegħ u l-bettiegħ, u wara li l-pulizija kompliet tagħmlet aktar tfixijiet, sabet mal-mija u għaxar kilogrammi droga kannabis.

Il-ħelsien mill-arrest ingħatalu tmien xhur wara minn kemm ilu arrestat mill-Imħalleg Edwina Grima.

Għall-imputat dehru l-avukati Alfred Abela, Arthur Azzopardi u Rene Darmanin.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here