Home One News Sentenza sospiża fuq traffikar tad-droga

Sentenza sospiża fuq traffikar tad-droga

7
0
SHARE
Advertisement

Sena u erba’ xhur ħabs sospiżi għal tlett snin għal Dennis Borg ta’ erbgħin sena mill-Qawra wara li fil-Qorti nstab ħati li kien fil-pussess ta’ mitejn gramma droga kokaina li ma kinitx għall-użu personali tiegħu.

Il-każ imur lura għall-Awwissu tal-2007. Il-Qorti kkunsidrat il-fatt li l-imputat ikkollabora mal-pulizija u wettaq b’suċċess programm kontra l-vizzju tad-droga. Apparti s-sentenza sospiża, l-imputat ġie mmultat €1000.

F’sentenza ta’ din ix-xorta għall-ewwel darba l-Qorti applikat ir-riforma fil-liġi tad-droga fejn l-iskop tagħha huwa dak ta’ trattament u mhux priġunerija.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here