Home Net News Jiġi organizzat l-ewwel show tal-klieb tar-razza bull

Jiġi organizzat l-ewwel show tal-klieb tar-razza bull

7
0
SHARE
Advertisement

Nhar il-Ħadd, 17 ta’ Marzu ġie organizzat għall-ewwel darba show tal-klieb tar-razza bull ġewwa l-kumpless tal-Isport ta’ Korradino.

Is-show tal-klieb ġie organizzat mill-fondazzjoni Underdogs b’mijiet ta’ spettaturi jattendu, u ammont kbir ta’ klieb jipparteċipaw minn madwar Malta u Għawdex.

Ta’ min isemmi illi ħafna mill-klieb tar-razza bull jiġu attribwiti karatteristiċi negattivi fil-media, bl-istereotip tagħhom ikun dak ta’ klieb b’saħħithom, b’fiżika immuskolata. Għal ħafna, shows bħal dawn juru lin-nies li dawn it-tip ta’ klieb, jekk jiġu mrobbija b’mod responsabbli, jistgħu jkunu l-ħbieb ideali tal-familja.

Attendew madwar 800 viżitant, inklużi familji bit-tfal ta’ kull età sabiex jaraw 16-il razza differenti parti mir-razez bull u ‘Molosser’, jikkompetu fis-show.

Is-show kellu t-tema tal-kavallieri ta’ Malta.

Il-premju tal-aqwa kelb ingħata lil kelb tar-razza Bull Mastiff, li huwa ta’ Jurgen Borg li rabbih lokalment.

The post Jiġi organizzat l-ewwel show tal-klieb tar-razza bull appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here