Home Net News Ir-rapport tal-Moneyval “mhux inkwetanti” għal Owen Bonnici

Ir-rapport tal-Moneyval “mhux inkwetanti” għal Owen Bonnici

11
0
SHARE
Advertisement

Għall-Ministru Owen Bonnici, ir-rapport tal-moneyval dwar il-qafas regolatorju Malti sabiex jiġġieled ir-reat tal-ħasil tal-flus mhux inkwetanti għaliex għalissa għadu fi stadju ta’ abbozz u mhux rapport komplut.

Ir-rapport tal-Kumitat ta’
Esperti mill-Kunsill tal-Ewropa, magħruf bħala Moneyval, falla
lill-Gvern Malti fuq diversi oqsma. Minn 11-il qasam differenti, ebda
wieħed minnho ma’ kiseb grad għoli iżda biss grad medjokri jew
baxx.

Jekk is-sitwazzjoni ma titjiebx
sar-rapport finali skedat għal Lulju li ġej, jistgħu jibdew
proċeduri li jistgħu iwasslu biex pajjiżna ikun blacklisted. Iżda
mistoqsi jekk dan ir-riżultat interim hux inkwetanti, Owen Bonnici
jirreferi għal rapporti oħrajn.

Intant,
wara dan ir-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa, l-Oppożizzjoni
qed titlob lill-Gvern jaġixxi b’mod immedjat sabiex terġa
tissaħħaħ ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna.
Dan qalu fi
stqarrija il-Partit Nazzjonalista fejn sostna li l-Gvern għandu
jibda billi jirrikonoxxi l-problema li ħoloq hu stess,
u jaġixxi biex terġa tissaħħaħ ir-reputazzjoni tajba li kellha
Malta.

Il-Kelliem
tal-Oppożizzjoni dwar il-Finanzi, Mario de Marco, qal li jekk
il-Gvern jonqos milli jagħmel dan, pajjiżna se jkompli jonqos milli
jiġbed investiment dirett barrani, u tkompli ssir ħsara lin-negozju
eżistenti u li jipprovdi l-għixien lil eluf ta’ familji Maltin.

The post Ir-rapport tal-Moneyval “mhux inkwetanti” għal Owen Bonnici appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here