Home Net News Il-Kunsilli Lokali – Deċiżjoni f’waqtha li kienet ittieħdet mill-PN

Il-Kunsilli Lokali – Deċiżjoni f’waqtha li kienet ittieħdet mill-PN

7
0
SHARE
Advertisement

Il-Kunsilli Lokali llum kulħadd jaqbel magħhom. Kunsilli li żgur ġabu bidla mportanti għan-nies, u għalhekk mingħajr dubju t-twaqqif tal-Kunsilli Lokali kienet deċiżjoni f’waqtha li ttieħdet mill-Partit Nazzjonalista 25 sena, deċiżjoni li fissret li l-Gvern se jerħi parti mill-poter minn idejh.

Ta’ min ifakkar ukoll li minkejja li llum ħafna jitkellmu dwar il-Kunsilli b’mod pożittiv, mhux kulħadd kien jaqbel magħhom meta twaqqfu, u bħal fil-kwistjoni tal-Unjoni Ewropea, kieku ma kienx għal Partit Nazzjonalista, kieku llum mhux qed nitkellmu kif nistgħu nirriformaw dan is-settur.

Meta kien qed jitkellem dwar l-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Kunsilli Lokali d-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal huwa raha dan il-kunċett jevolvi, għax anke hu taha kontribut siewi u kemm seta fuq it-twaqqif tagħhom. Grech, sellem lil numru ta’ nies li ħadmu f’dan is-settur. Tenna li tajjeb li niftakru ftit f’min ħadem, għax kull bidu huwa iebes.

Tkellem u faħħar lill-eks Sindku taż-Żurrieq, Joe Cassar, fejn li kellu s-sens tal-kommunita’, semma lil Ian Micallef tal-Gżira, Michael Cohen tal-Kalkara, Joe Borg li kien jikkordina x-xogħol u oħrajn li ħadmu ħafna biex dak li għandna llum tawh il-ħajja u kienu bdew iħajjru ammont kbir ta’ nies biex jipparteċipaw biex jaħdmu b’imħabba għall-impenn lokali.

Id-Deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-ħin li taw b’risq iċ-ċittadini tagħhom u li hemm ħafna minnhom jinsabu fil-Parlament. Għax hemm ħafna li użaw il-Kunsilli Lokali bħala skaluna, u dan kollu juri l-validita’ tal-kunċett tal-Kunsilli Lokali, li juri li għandna parteċipazzjoni aktar attivia politika. Mill-1994 ‘l quddiem kellna sistema ta’ devoluzzjoni u l-għan li jitwaqqfu l-Kunsilli, kienet is-sussidarjeta’.

Qal li biex ikollok bżonn bozza ma tridx tmur għand il-Ministru, u dan il-kunċett daħal grazzi għall-Partit Nazzjonalista. Kienet deċiżjoni kuraġġuża għax kienet prevista, dik li diversi Gvernijiet Lokali kienu se jiġu amministrati minn Laburisti. Imma dik li jiċċentraliżża l-poter kienet fid-DNA tal-Partit Nazzjonalista.

Qal li jieħu pjaċir jisma’ l-kelliema tal-Gvern jitkellmu dwar l-importanza tal-Kunsilli Lokali, meta dawn kien kontra l-Kunsilli Lokali. Kieku lanqas qegħdin nitkellmu fuq il-Kunsilli biex nagħmlu riforma.

Tenna li dak li beda bħala esperiment politiku, dan huwa riżultat ħaj ta’ demokrazija. Apparti sussidarjeta’ l-Kunsilli Lokali dejjem kellhom għan wieħed, li jtejjbu l-kwalita’ tal-ħajja tan-nies. Billi nieħdu deċiżjonijiet aktar viċin in-nies, allura bil-fors ikollna titjieb fil-kommunita’.

Wieħed stenna li l-liġi proposta altru milli tħares lejn il-mekkanika tal-Kunsilli Lokali, imma nħarsu lejn l-element aktar fundamentali, dwar x’rwol għandhom fil-ħajja u fil-kommunita’. Tara li dak li kien hemm qabel li għandu x’jaqsam mad-devoluzzjoni, illum għandha devoluzzjoni mbeżża’ bil-pulit.

Fisser kif din id-devoluzzjoni issa donnha sejra lura u reġa’ beda dieħel il-proċess taċ-ċentraliżazzjoni. Din il-liġi mingħajr ma jnaqqas xejn ma’ numru ta’ bidliet amministrattivi, hija opportunita’ mitlufa għax immissjajna ċ-ċans jew l-opportunita’, kif bid-devuluzzjoni tal-poter nistgħu nirrispondu għalihom aħjar.

Grech qal li xtaq li fix-xhur li ġejjin nibdew nesploraw kif indaħħlu aktar iggvernar fuq bażi lokali, aktar wiesgħa fejn tidħol id-devoluzzjoni ta’ poter u responsabbilitajiet ta’ servizzi pubbliċi fejn illum bil-qafas ta’ Gvern elettroniku, kull servizz amministrattiv, jistgħu jingħataw mill-front office tal-Kunsilli Lokali.

Id-devoluzzjoni bħal din twassal għal sinifikat aħjar għall-Kunsilli Lokali. Għandna nħarsu x’rwol għandhom jingħataw il-Kunsilli f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ppjanar, anke jekk għandhom vot wieħed fuq ċertu proġġetti, għax il-kelliem qal li jemmen li għandu jkollu aktar minn vuċi waħda, għax inutli tagħti vot minn numru kbir, għax ikun vuċi li jitlaq mar-riħ.

Il-Kunsill Lokali għandu jkollu proċess akbar f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ippjanar u jingħata l-piż neċċessarju. Il-kapaċita’ ta’ kemm jiflaħ aktar attivita’ ta’ kummerċ u żvilupp għandu jkollu parti minnha, Fuq livell ta’ iggvernar lokali għandu jidħol ukoll fis-soċjeta’ ċivili. F’kull pajjiż fuq livell lokali għandu jsir sforz biex ikun aktar attiv biex anke jwassal servizzi soċjali u anke pubbliċi.

Grecj qal li tlifna l-opporuntina biex nitkellemu fuq il-livell ta’ kif għandu jiġi ffinanzjat il-Kunsill Lokali, għaliex le, għandu jkun hemm parti mid-dħul ta’ attivita’ ekonomika fil-lokalita’ peress li qed terfa’ piż, f’diversi termini bħal VAT u taxxa. Wasal iż-żmien li l-kunċett tal-Kunsilli Lokali jimmatura wara 25 sena mit-twaqqif tiegħu, aktar jekk din tkun frazzjoni ta’ dħul minn naħa ta’ Kunsill Lokali.

Il-kelliem qal li apparati l-aspett ta’ kif jidhru l-Kunsilli Lokali, għandna nikkumplimentaw u naraw x’inhuma li sfidi l-kbar li għandhom biex aħna naraw x’rispons jistgħu jagħtu għad-diversi sfidi. Il-kwalita’ tal-ħajja fuq l-ambjent, infrastruttura, spazji miftuħin eċċ. Pajjiż żgħir li għandna restrizzjoni ta’ spazju.

Irridu naraw il-ġlieda kontra l-medjokrita’ tittieħed bis-serjetaż bħal telqa’ , anke r-responsabbilita’ tas-settur privat fl-ispazji pubbliċi, u li l-kommunitajiet tagħna jkolhom sens akbar ta’ identita’.

68 lokalita’, li minkejja ċ-ċokon tagħhom, kull lokalita’ għandha identita’. M’għandhiex tintilef l-identita’ lokali. Anke l-kumitati amministrattivi, żgħar kemm huma żgħar, dawk li kienu jissejjħu “hamlets” dawk huma element ta’ identita’. Dawk ukoll huma karratteristiċi u meta tneħħihom, tkun qed tneħħi parti minn katina tal-komminita.

Huwa appella dwar l-importanza tal-aspetti nterni, u li għandha nħarsu lejn il-politika tal-Gvern lokali, u kif ma nħarsux lejom bħala estensjoni ta’ dipartimenti, anzi bħala t-tarka tad-drittijiet tar-residenti u li nibqgħu naraw li l-prinċipju tas-sussidarjeta’ jibqa’ jiġi salvagwarjdat.

The post Il-Kunsilli Lokali – Deċiżjoni f’waqtha li kienet ittieħdet mill-PN appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here