Home Net News Triq is-Sirja jew Triq ir-Rinella?

Triq is-Sirja jew Triq ir-Rinella?

17
0
SHARE
Advertisement

Residenti fi Triq ir-Rinella, il-Kalkara bħalissa għaddejjin minn martirju hekk kif ix-xogħolijiet fit-triq tagħhom ilhom iktar minn xahrejn għaddejjin, mingħajr ħjiel ta’ tlestija.

Ir-residenti ta’ din it-triq, ilhom il-ġimgħat ma jistgħux joħorġu u jidħlu fit-triq tagħhom b’kumdità, b’residenti anzjani jinsabu maqbudin fi djarhom minħabba n-nuqqas ta’ ppjanar u ta’ xogħol kif suppost.

Residenti qalulna li iktar saret qisha triq is-Sirja milli triq ir-Rinella.

Net News żar is-sit u sab ħaddiema jippruvaw jordmu gandotti fondi b’materjal li iktar jixbah tajn milli cement. Residenti stess ikkummentaw li dan ix-xogħol mhux qed isir kif suppost u li ma l-ewwel xita, il-materjal jerġa jinqala u jerġgħu jegħrqu fi djarhom.

Jidher li dan il-mili tal-gandotti sar biex jagħlaq ħalq ir-resident għal ftit ħin, iżda huwa ovvju li din kienet miżura temporanja għaliex dawn il-gandotti jridu jerġgħui jinfetħu sabiex jitkompla x-xoghol ta’ mgħodija ta’ servizzi.

Mhux magħruf x’qed iwassal għal dan id-dewmien kollu iżda r-residenti gergru ferm dwar il-fatt li ma jistgħux jikkomunikaw mal-ħaddiema barranin dwar ix-xogħol.

Ir-residenti qalu li meta ppruvaw ifittxu sostenn mill-kunsill, ma sabu l-ebda għajnuna u saħansitra qalu li l-Kunsill ma jafx x’qed jiġri.

Net News tkellem mal-Kunsilliera Nazzjonalista Maria Sultana li appellat sabiex il-Gvern jara li din is-sitwazzjoni titranġa mill-aktar fis possibli ħalli r-residenti jkunu jistgħu jerġgħu jibdew jgħixu trankwilli fi djarhom.

Fil-ftit ħin li qattajna f’din it-triq rajna żewġ persuni li kienu se jweġġħu minħabba l-istat tat-triq, u r-residenti qalulna li kemm ilhom għaddejjin ix-xogħlijiet kienu waqgħu u weġġgħu diversi persuni fuq dan is-sit li sar jixabh zona tal-gwerra.

The post Triq is-Sirja jew Triq ir-Rinella? appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here