Home Net News Mill-istaġun li ġej se jonqsu l-barranin fil-kampjonati tal-basketball

Mill-istaġun li ġej se jonqsu l-barranin fil-kampjonati tal-basketball

8
0
SHARE
Advertisement

Mill-istaġun li ġej se jkun hemm anqas barranin fl-ogħla diviżjonijiet tal-irġiel u tan-nisa hekk kif waqt laqgħa tal-Kunsill tal-MBA. Dan wara li ttieħdet id-deċiżjoni kważi unanima mill-klabbs u l-Kunsill tal-President li fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-irġiel il-barranin jitnaqqsu minn tlieta għal tnejn biex b’hekk irid ikun hemm dejjem tal-anqas tliet plejers Maltin fil-court il-ħin kollu.

Fil-kampjonat tan-nisa, mill-istaġun li ġej irid ikun
hemm dejjem tal-anqas erba’ plejers Maltin jiġifieri plejer barranija biss,
wara li f’dan l-istaġun kienu wkoll bi tliet barranin. Fil-kampjonat
tad-Dilettanti tal-irġiel, mhux se jkun hemm restrizzjoni kemm jilagħbu
barranin fl-istess ħin.

Fil-bidu tal-istaġun, il-Malta Basketball Association
għamlet esperiment bl-għan li jogħla l-livell tal-plejers. Fis-snin passati kien
hemm l-introduzzjoni ta’ dak li jissejjaħ barrani lokali li jkun plejer barrani
li jaħdem f’pajjiżna u jilgħab il-basketball. Permezz ta’ din ir-regola ġdida, ma
kienx hemm distinzjonijiet fil-barranin.

Waħda mill-għanijiet tad-deċiżjoni fil-bidu tal-istaġun
kienet biex jiżdiedu l-klabbs u l-plejers Maltin ikollhom għajnuna biex
jitjiebu għaliex jieħdu esperjenza minn plejers barranin aħjar minnhom.

Dan is-sit għamel kuntatt mal-President tal-Malta Basketball Association Paul Sultana fejn qal li huma waslu għal din id-deċiżjoni hekk kif minkejja li kien tajjeb li l-logħbiet kienu qed ikunu sbieħ, ried jinstab bilanċ minħabba li ż-żgħażagħ Maltin kien qed ikollhom anqas ċans jilagħbu.

Hu żied li l-maġġoranza tal-klabbs kienu xorta qed
jilagħbu b’żewġ barranin minħabba l-piż finanzjarju fuq il-klabbs u għalhekk
waslu għad-deċiżjoni kważi bi qbil bejn kulħadd.

B’hekk mill-istaġun li ġej l-Ewwel Diviżjoni jkun b’żewġ
barranin, il-kampjonat tan-nisa li teżisti possibbiltà li jiżdied għal ħames
timijiet ikun bi plejer barrani biss filwaqt li l-kampjonat tad-Dilettanti ma
jkollux limitu fuq il-barranin.

The post Mill-istaġun li ġej se jonqsu l-barranin fil-kampjonati tal-basketball appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here