Home Newsbook Assassinju Daphne: Irrid li jkun hemm biżżejjed provi kontra l-mandant – Muscat

Assassinju Daphne: Irrid li jkun hemm biżżejjed provi kontra l-mandant – Muscat

8
0
SHARE
Advertisement

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li jrid li jkun hemm biżżejjed provi kontra l-persuna jew persuni li orkestraw l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia qabel ma jittieħdu passi kontrihom.

Dan qalu fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti llum. Fi kliem Muscat, biex wieħed imexxi prosekuzzjoni wieħed irid ikollu l-provi kollha. Qal li jemmen li mhu fl-interess ta’ ħadd li jittieħdu passi kontra persuni biex imbagħad sentejn wara li jibdew il-proċessi jinstab li m’hemmx biżżejjed provi.

“Naħseb dak li rridu huwa mhux biex li jiġu identifikati l-persuni imma li jkun hemm provi biżżejjed u sodisfaċenti…mhux qed ngħid li m’hemmx,” qal Muscat.

Muscat qal li ma jaħsibx li jekk jikkummenta dwar id-dettalji dan jagħmel ġid lil xi ħadd. Appella biex in-nies iħallu l-investigazzjonijiet jieħdu l-ħin li għandhom bżonn.

Muscat tenna li l-investigaturi lokali qed jingħataw l-għajnuna minn “esperti internazzjonali”. Spjega li għandu fiduċja sħiħa fl-investigaturi.

Muscat appella lill-mezzi tax-xandir biex fir-rappurtaġġ tagħhom ma jagħtux vantaġġ lill-kriminali f’kwalunkwe każ.

F’Novembru tal-2018, is-Sunday Times of Malta kkwotat lil sorsi tagħha li ġew identifikati l-persuni li ordnaw il-qtil ta’ Caruana Galizia. Il-korrespondent tar-Reuters Stephen Grey ikkwota sors li qallu li mhux veru li nstab il-moħħ.

The post Assassinju Daphne: Irrid li jkun hemm biżżejjed provi kontra l-mandant – Muscat appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here