Home One News Fuq is-suċċess ekonomiku jinbnew is-suċċessi l-oħra

Fuq is-suċċess ekonomiku jinbnew is-suċċessi l-oħra

5
0
SHARE
Advertisement

Is-suċċess ekonomiku huwa l-bażi li fuqu jinbnew suċċessi oħra. Kien dan il-messaġġ tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph  Muscat, meta indirizza folla mdaqqsa fis-Siġġiewi, il-Ħadd filgħodu. Ċentrali wkoll fid-diskors tiegħu kien hemm ukoll il-ħidma tal-gvern għal iktar inklużjoni bl-atleti tal-ispecial olympics jkunu deskritti bħala eżempju tal-inklużjoni f’pajjiżna.

Meta rrefera għas-suċċess li qed iġibu l-Maltin fl-ispecial olympics, spjega kif din hi kompetizzjoni ħarxa u tenna li dawn l-atleti qed jagħtu eżempju ta’ kif bħala pajjiż għandna nimmiraw li nġibu l-aqwa riżultati. Hawn irrefera għall-ħidma fis-settur tal-isport. “Dan hu qasam li ladarba qed naslu ekonomikament issa hija kwistjoni tal-kwalità tal-ħajja,” qal il-Prim Ministru li fisser kif l-isport huwa wieħed mis-setturi fejn trid issir qabża ‘l quddiem bħalma huwa wkoll l-ambjent.

“L-atleti tagħna huma simbolu tal-integrazzjoni tal-persuni b’diżabbiltà,” qal il-Prim ministru li spjega kif waħda mill-ikbar bidliet ta’ integrazzjoni saret fil-qasam tax-xogħol. Fisser kif hawn il-gvern ħadem fuq dak li sar minn gvernijiet oħra. Gvern Laburista ta’ Dom Mintoff li ħareġ lill-persuni b’diżabbiltà mill-kantina u Gvern Nazzjonalista li ħa d-deċiżjoni kuraġġuża li ħadu pass kuraġġuż lit-tfal b’abbiltajiet differenti jkunu wkoll fl-istess klassi.

Spjega kif dan il-gvern għamel il-pass fil-qasam tax-xogħol. Spjega li l-pajjiż kellu liġi biex ikunu impjegati persuni b’diżabbilta u ma kinetx infurzata. “Għidna li min mhux lest iħaddem persuni b’diżabbiltà irid iħallas multa,” qal il-Prim Ministru li fisser kif dan sar biex permezz ta’ dawn il-flus dawn il-persuni jitħarrġu. “Illum għandna l-ogħla rata ta’ persuni b’diżabbiltà fis-suq tax-xogħol,” spjega l-Prim Ministru li fisser kif Malta qed tintuża bħala eżempju għal pajjiż oħra. “Għalhekk jien kburi. Fadlilna x’nagħmlu fil-qasam tad-diżabbiltà.

Nafu li nimbottaw kemm nimbottaw se jibqgħu persuni b’diżabbiltà li ma jistgħux jidħlu fid-dinja tax-xogħol għax ma jistgħux iqumu mis-sodda, jew għandhom kundizzjoni li ma tħallijomx jikkomunikaw,” spjega l-Prim Ministru li fisser kif diġa’ hemm impenn li għall-baġit tas-sena d-dieħla se jerġa’ jiżdied l-allowance għall-persuni b’diżabbiltà li ma jistgħux joħorġu jaħdmu. “Irridu naslu li jekk persuni b’diżabbiltà ġenwinament ma tistax toħroġ taħdem l-allowance li tieħu tkun daqs il-paga minima,” qal il-Prim Ministru li fakkar kif dan nistgħu ngħamluh għax għandna ekonomija b’saħħitha.

“Ekonomija li qiegħda tikber u tkompli tikber,” kompla l-Prim Ministru li rrefera għal iktar rapporti ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. “Dawn qabel kienu jagħmlu l-istess analiżi u jgħidu l-ekonomija Maltija għandna problema,” qal il-Prim Ministru li fakkar kif meta jinqraw, wieħed jara d-differenza bejn dak iż-żmien u llum.

“Il-credit rating agencies kienu jgħidulek li l-ikbar problema tal-ekonomija Maltija kien gvern li jgħid ħafna u ma jgħamel kważi xejn,” kompla l-Prim Ministru.

“Dan huwa gvern li dak li jwiegħed iwettqu,” saħaq il-Prim Ministru li nnota kif il-Partit Nazzjonalista spiċċa jattakka lil dawn l-aġenziji. “Illum il-ġurnata nibdew nidħku x’ħin nisimgħu l-argumenti tal-oppożizzjoni… iridu jaraw kif jibdew jargumentaw b’mod serju,” kompla l-Prim Ministru li spjega kif rapporti ta’ aġenziji tal-kreditu iwasslu biex il-gvern jissellef b’inqas imgħax u għalhekk ikollu iktar flus x’jonfoq f’setturi importanti.

Spjega li mbagħad hawn tidħol ir-ruħ soċjali tal-gvern. Ċertu anzjani kienu qed jilmentaw li naqas l-imgħax tal-gvern għax minn hekk kienu jdaħħlu xi ħaġa żejda. “Għalhekk għal erba’ snin wara xulxin ħriġna bonds speċjali għall-pensjonanti,” qal Muscat li spjega kif il-gvern ħadem l-iskema b’mod li jikkwalifikaw kemm jista’ jkun pensjonanti. “Tafu kemm kien hemm applikazzjonijiet fejn kull persuna tista’ tieħu biss €10,000… Kellna applikazzjonijiet iktar minn mitt miljun (ewro) … Dawn huma figuri li meta tanalizzahom tara kemm hemm ġid f’dan il-pajjiż u kemm għandna nies bil-għaqal,” sostna l-Prim Ministru. “Bejniethom ġabru €100 miljun u qalu lill-gvern irridu nsellfuk mitt miljun għax għandna fiduċja fik… meta stajna mmorru niddejnu bi ftit tajnihom 3%, id-doppju ta’ dak li jagħti bank illum,” qal il-Prim Ministru li fisser kif dan mhux għax il-gvern kellu bżonnhom iżda għax il-gvern ried jgħin il-pensjonijiet. Tenna li l-gvern żied il-pensjonijiet u min applika għal dawn il-bonds ħa bonus ieħor.

“Importanti li ngħidu x’ngħidu dwar il-kwalita tal-ħajja, il-bażiku trid tkun l-ekonomija li tmexxi l-affarijiet ‘il quddiem,” qal il-Prim Ministru li saħaq kif twettaq ġustizzja permezz tal-ġid.

Hawn irrefera għall-mod kif fi żmien gvern  nazzonalista wieħed kien iħallas taxxa żejda fuq il-karozzi. “Konna għidna lin-nies li dan sar, ejja ngħidulu żball, u għidna lill-gvern int qed tiġbor iktar flus milli suppost. Li għamel il-gvern tal-ġurnata beda jgħajjarna korrotti. Li qed ngħamlu korruzzjoni fuq in-nies… li ma nistgħux ngħamluha u li mhux veru. Imbagħad ftit żmien wara ġibditilhom l-attenzjoni l-Kummissjoni Ewropea u aħna għidnilhom issa lil min ħadtulu l-flus?” kompla l-Prim Ministru. Hawn irrefera għall-iskema li kien beda l-Partit Laburista mill-Oppożizzjoni biex jiġġieled għal dawn il-flus. “Kienu qalu dawn min fejn se jagħtuhom dawn il-flus? Illum tajna €24 miljun lura lill-poplu… lil 29,000 persuna,” tenna l-Prim Ministru li fisser kieku dawk il-flus qatt ma ienu se jarawhom. “din id-differenza bejn dan il-gvern u ta’ qablu… meta nwiegħdu xi ħaġa nkunu ċerti li nistgħu nwettquha,” qal Muscat.

“Dan hu gvern li l-futur iwettqu u n-nies jibqgħu mxenqin għall-bidla… Dan hu poplu li jafda lill-gvern biex iwettaq din il-bidla,” qal Muscat li fakkar kif  mhux se jkunu elezzjonijiet faċli dawk tal-25 ta’ Mejju. Hawn appella biex wieħed jibqa’ onest mal-poplu bl-appell lill-kandidati tal-Partit Laburista jkun li “Jitkellmu, jisimgħu u jgħidu l-verità dwar x’jaħsbu… b’rieda soda, b’riżoluzzjoni li nafu li dawn huma taqtigħa ta’ mid term.”

“B’rieda li għandna track record li huwa b’saħħtu ħafna immorru nitkellmu man-nies li aħna kburin li aħna Maltin u li Malta tagħna se tibqa’ tkun suċċess,” temm il-Prim Ministru.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here