Home One News Tordna l-arrest mill-ġdid ta’ Farrugia

Tordna l-arrest mill-ġdid ta’ Farrugia

8
0
SHARE
Advertisement

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Monica Vella ordnat l-arrest mill-ġdid ta’ Pawlu Farrugia ta’ ħamsa u tletin sena mix-Xgħajra magħruf bħala l-‘Kwattru’ wara li kiser il-kundizzjonijiet marbuta mal-ħelsien mill-arrest.

Flimkien ma’ żewġt irġiel oħra huwa jinsab mixli li qiegħed bomba ma’ karozza fil-Fgura fl-Erbgħa ta’ Jannar tas-sena li għaddiet.

Fis-sentenza tagħha l-Maġistrat Vella ordnat ukoll lill-imputat iħallas is-somma ta’ €35,000 bħala depożitu u €80,000 bħala garanzija personali. Hija kkundanatu priġunerija ta’ 15 il-xahar ħabs u multa ta’ €1,150.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mill-Ispettur Keith Arnaud mill-Iskwadra tal-Omiċidji.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here