Home One News Sistemi inovattivi tal-enerġija fis-suq Malti

Sistemi inovattivi tal-enerġija fis-suq Malti

4
0
SHARE
Advertisement

Kulma jmur l-innovazzjoni f’sistemi ta’ enerġija li tiġġedded qed tkompli tavvanza b’kumpanija lokali qed timporta f’Malta sistema li mhux biss tagħti eżekuzzjoni tal-enerġija massima iżda tnaqqas il-konsum elettriku kif ukoll l-impatt ambjentali.

ONE news tkellem mal-inġinier tal-LG, Leonardo Catanzaro, li spjega li s-sistema għandha sensors li jaqraw it-temperatura u l-umdità ta’ barra biex tkun tista’ tikkontrolla t-temperatura ta’ ġewwa.

“The heat exchanger is black because is a very good anti-corrosion treatment, we call it black fin and so malta is the best solution becasue is resistant to sea-side corrosion and pollution corrosion and so will last long time”

Din is-sistema ta’ arja kkundizjonata u ventilazzjoni hija disponibbli f’Malta miIl-kumpanija Bajada new energy, li din is-sena qed jiċċelebraw it-tletin anniversarju mit-twaqqif tagħha.

Brian Farrugia, Sales Manager tal-kumpanija stqarr li l-LG toffri soluzzjonijiet innovattivi fejn jidħlu l-appartamenti.

“Għandhom ħafna sistemi innovattivi, fosthom li mill-heat recovery inkunu nistgħu nsaħħnu wkoll il-misħun at no extra cost. jiġifieri inti waqt li inti qed tkessaħ jew qed isaħħan id-dar tiegħek, fl-sitess ħin inti qiegħed isaħħan il-mesħun għad-dar tiegħek jew għall-istabilliment tiegħek eċċetra”

Roderick Spiteri, ic-Chief Commercial tal-kumpanija, qal kif is-sistema tal-arja kundizzjonata u l-ventilazzjoni hija disponibbli għall-użu dometiku kif ukoll għall-użu kummerċjali.

“Permezz ta’ LG aħna nistħgu noffru din is-soluzzjoni peress li nifirdu dak li jisejjaħ outdoor unit f’żewġ compartments differenti bejn ventilation u kompressur.”

L-enerġija hija fil-quċċata tal-prioritajiet f’Malta, bl-uffiċjal tekniku Jeremy Spiteri, ifaħħar il-ħdima li qed issir biex tiżdied l-effiċjenza.

“Qed isir ħafna xogħol fil-pajjiż biex inkunu aktar effiċjenti l-mod kif noperaw u filfatt hemm ħafna fondi available mill-ewa, energy and water agency fejn qed jagħtu grants lill-intrapriża biex tinvesti billi tagħmel dan l-istudju, dan l-audit”

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here