Home One News Malta bl-ikbar tnaqqis ta’ żgħażagħ li jitilqu kmieni mill-iskola

Malta bl-ikbar tnaqqis ta’ żgħażagħ li jitilqu kmieni mill-iskola

3
0
SHARE
Advertisement

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ġibed l-attenzjoni li l-Partit Nazzjonalista qed jagħti stampa skorretta fejn mhux minnu li Malta tinsab fl-aħħar tal-klassifika tal-early school leavers fl-Unjoni Ewropea.

Il-Ministeru qal li Malta kisbet tnaqqis b’ritmu kostanti fir-rata tal-early school leavers matul l-aħħar snin li minn 23.8% fl-2010, din ir-rata fl-2017 niżlet għal 17.7% fejn pajjiżi bħal Spanja (18.3%) u bħar-Rumanija (18.1%) jinsabu wara pajjiżna f’dan ir-rigward.

Statistika tal-Eurostat ippubblikata fl-2018 turi li pajjiżna ra l-akbar progress mill-2014 ’l hawn. Ir-rata ta’ 23.8% fl-2010 tal-early school leavers niżlet għal 17.7% fl-2017 li tfisser li pajjiżna ma baqax fl-aħħar post fejn konna staġnati għal numru ta’ snin (ara figure 1.2).

Intant il-Ministeru tenna li huwa ottimist u li ser ikompli bil-ħidma tiegħu għall-ġid tal-istudenti. Dan filwaqt li se jkompli jżid it-titjib edukattiv b’mod sinifikanti bħalma diġà implimenta, fost l-oħrajn:

  • Klassijiet ta’ reviżjoni tas-SEC b’xejn li fl-aħħar tliet snin għenu mal-2,000 student matul ix-xhur tas-sajf
  • Programmi ffukati bħal: Alternative Learning Programme (ALP), Youth.IncCore Curriculum Programme (CCP), Prince’s Trust u Neets Activation li kienu fost il-firxa wiesgħa ta’ programmi li komplew jiksbu suċċessi u joffru opportunitajiet kontinwi tal-iżvilupp tal-ħiliet tal-individwu. Apparti li żdiedu programmi ġodda u aktar flessibbli f’istituzzjonijiet bħall-MCAST u bħal GEM 16+
  • L-introduzzjoni tat-tablet kienet pass importanti biex innaqqsu d-digital divide bejn it-tfal u ksibna esperjenza edukattiva aktar relevanti
  • Eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC b’xejn fejn kull familja bdiet tiffranka mal-200 ewro u b’hekk inħeġġu aktar studenti jkomplu jistudjaw
  • Qed issir emfasi akbar min-National Schools Student Support Services dwar miżuri biex jitnaqqas l-assenteiżmu mhux ġustifikat fl-iskejjel
  • Wara s-suċċess fir-riżultati vokazzjonali tas-SEC tal-2018 jidher li s-suġġetti b’mod ta’ tagħlim differenti ġew milqugħa tajjeb mill-istudenti u għaldaqstant mis-sena skolastika li jmiss, fis-sistema edukattiva se jkun hemm firxa akbar ta’ suġġetti vokazzjonali u applikati fl-iskejjel sekondarji bil-għan ewlieni li jinfetħu aktar bibien differenti li jilħqu kull student biex ikomplu javvanzaw fl-edukazzjoni post-sekondarja u fis-suċċess tal-karriera tagħhom fis-snin ta’ wara.

Dawn il-miżuri huma f’kuntest ta’ ftehim ġdid li żied is-sigħat ta’ taħriġ u ta’ żvilupp professjonali tal-edukaturi kif ukoll ir-reviżjoni tas-sillabi li għall-ewwel darba qed isiru b’konsultazzjoni mal-edukaturi u mal-industrija bl-introduzzjoni ta’ forom varji ta’ assessjar fost l-oħrajn.

L-investiment fis-sapport soċjali li ħa dan il-Gvern qed jibda jħalli l-frott u l-pass bl-introduzzjoni ta’ programmi alternattivi kienu fost ir-raġunijiet li r-rati ta’ assenteiżmu u t-titjib fl-indikaturi tal-early school leavers qed juru xejriet pożittivi.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here