Home One News Jinqabad jisraq bott bil-flus b’risq il-klieb abbandunati

Jinqabad jisraq bott bil-flus b’risq il-klieb abbandunati

6
0
SHARE
Advertisement

Il-Pulizija tinsab għaddejha bi tfittxiha għal raġel li allegatament inqabad jisraq bott bil-flus minn fuq bank ta’ stabbiliment tal-ikel Pizza Planet fin-Naxxar.

Filmat mibgħut lil one.com.mt juri lir-raġel jaħtaf il-bott bil-flus b’risq il-klieb abbandunati, jitfgħu taħt il-flokk u jitlaq il-barra mill-ħanut.

Sorsi qalu li dwar il-każ sar rapport lill-Pulizija bil-għan li jiġi identifikat l-allegat ħalliel.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here