Home One News Is-settur privat jimbarka fit-taħriġ tal-gaming

Is-settur privat jimbarka fit-taħriġ tal-gaming

3
0
SHARE
Advertisement

B’aktar minn seba’ mitt post battal fl-industrija tal-gaming f’Malta, il-kumpanija iga training b’kollaborazzjoni mal-Kulleġġ Malti għax-Xjenza u t-Tekonoloġija nediet kors b’kwalifika akkreditat f’livell erbgħa bil-għan li jħeġġeġ aktar Maltin jisfruttaw l-opportunitajiet ta’ dan is-settur li jirrappreżenta aktar minn għaxra fil-mija tal-ekonomija Maltija.

Id-Direttur Maniġerjali tal-kumpanija, Jamie Debono qal li l-kors huwa mifrux fuq tmien ġimgħat, se jħarreġ lill-istudenti fuq erba’ kompetenzi dwar l-industrija.

“This will allow people to do training from any location, you can subsrcribe to the platform via our website, which is igacademy.com and from there we have over 25,000 learners who are doing training on a weekly basis through this different form of e-learning”

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali Silvio Schembri qal li din l-inizjattiva se tgħin biex aktar Maltin jidħlu f’dan is-settur.

“Ħalli persuna li trid taħdem f’din l-industrija tkun tista’ tieħu dawn il-courses u b’hekk tibda t-triq sabiex tkun tista’ tispeċjalizza f’din l-industrija”

Is-Segretarju Parlamentari Schembri wera t-tama li aktar Maltin jibbenefikaw mill-opportunitajiet li qed joffri dan is-settur.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here