Home One News Il-Gvern Malti jappoġġja l-estensjoni għall-ħruġ tar-Renju Unit

Il-Gvern Malti jappoġġja l-estensjoni għall-ħruġ tar-Renju Unit

3
0
SHARE
Advertisement

Il-Prim Ministru Joseph Muscat tenna l-pożizzjoni li għamel numru ta’ ġimgħat ilu, li Malta se tappoġġja t-talba għal estensioni biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea, filwaqt li importanti li jkun hemm ġustifikazzjoni tajba għaliex se jsir dan.

Fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru intqal illi bil-mod kif żviluppaw l-affarijiet, ġaladarba l-Parlament Ingliż ivvota kontra l-ftehim negozjat u fl-istess ħin ivvota li ma jridx joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim, issa jrid ikun ir-Renju Unit li jiddeċiedi xi triq se tittieħed.

Il-Prim Ministru qal li x-xenarju li għandna quddiemna llum huwa illi jew ikun hemm ftehim għall-ħruġ tar-Renju Unit, jew inkella Brexit ma ssirx.

Huwa qal li l-Unjoni Ewropea żgur illi mhijiex se tiċċaqlaq mill-pożizzjoni tagħha u żgur ma tistax tikkomprometti l-prinċipji sagrosanti tagħha u li fuqha ġiet imwaqqfa.

Sostna li dan mhux qed jingħad b’suppervja, iżda b’realiżmu.

Il-Prim Ministru żied jgħid li hemm diversi sfidi f’każ ta’ estensjoni, fosthom kif se jiġu trattati l-elezzjonijiet Ewropej, fejn it-trattati jgħidu illi r-Renju Unit jekk tkun għadha fl-Unjoni jkollha torganizzahom.

Barra minn hekk stqarr li huwa ċar ukoll li r-Renju Unit lanqas jista’ jkollu veto fuq il-budget tal-Unjoni Ewropea li mhux se tkun parteċipi fih.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here