Home One News FILMAT GRAFIKU: Ara l-mumenti li fih l-aggressur spara f’moskea f’New Zealand

FILMAT GRAFIKU: Ara l-mumenti li fih l-aggressur spara f’moskea f’New Zealand

2
0
SHARE
Advertisement

Dawn huma l-mumenti xokkanti li fihom wieħed mill-aggressuri fl-attakk terroristiku f’moskea fi New Zealand.

Dan il-filmat ittieħed b’camera mqabbda fuq l-aggressur u li skont diversi rapporti fil-midja kien qed ixandar dirett fuq il-midja soċjali. S’issa minn tal-inqas 49 persuna nqatlu f’żewġ sparaturi separati f’żewġ moskej fi New Zealand.

Fil-filmat l-aggressur jidher jerġa’ jispara fuq persuni li kien diġà qatel. Huwa jidher joħroġ barra mill-moskea u jiftaħ in-nar fuq wieħed mill-persuni li rnexxielu jaħrab.

Il-Kummissarju tal-Pulizija Mike Bush qal li tliet irġiel u mara jinsabu fil-kustodja tal-pulizija, iżda wissa li jista jkun hemm iktar suspettati li għadhom ma nqabdux.

Intant il-Prim Ministru Jacinda Ardern iddeskriviet dan bħala wieħed mill-iktar jiem koroh tal-pajjiż.

Il-pulizija emfasizzat li s-sitwazzjoni kienet għadha qed tiżviluppa u għadha ma kkonfermatx kemm inqatlu nies.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here