Home One News Diskussjoni dwar prodotti intelliġenti f’jum il-konsumatur

Diskussjoni dwar prodotti intelliġenti f’jum il-konsumatur

8
0
SHARE
Advertisement

Fil-konferenza, imtella mill-MCCAA bit-tema dwar prodotti intelliġenti fil-jum iddedikat għal konsumatur, isemma l-fatt kif bit-teknoloġija qed dejjem tavvanza twassal biex prodotti, anke dawk li nikkonsmaw ta’ kuljum, ikunu intelliġenti.

Fl-indirizz tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur Deo Debattista qal li dan il-progress iġib miegħu ċerta inċertezza mill-konsumatur, b’hekk hemm bżonn li d-drittijiet tal-konsumatur ikunu mħarsa wkoll f’dan il-progress li qed isir. Minkejja dan, l-avvanz fil-prodotti intelliġenti qed iwassal għall-potenzjal enormi biex tinħoloq konnetività akbar globali u kwalità ta’ ħajja aħjar għal konsumatur.

L-MCCAA qed tindirizza dan it-tibdil fil-kultura soċjo ekonomika b’ħolqien ta’ diskussjonijiet dwar l-avvanzi teknoloġiċi biex tassigura li d-drittijiet tal-konsumatur ikunu mħarsa ma’ kull pass ta’ avvanz li jsir.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here