Home One News Casa ma jridx li l-libell kontrieh ikompli jinstema’ qabel l-elezzjonijiet tal-PE

Casa ma jridx li l-libell kontrieh ikompli jinstema’ qabel l-elezzjonijiet tal-PE

6
0
SHARE
Advertisement

L-ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa talab biex il-proċeduri ta’ libell li fetħitlu l-ewroparlamentari Laburista Marlene Mizzi dwar kummetni libellużi fil-konfront tagħha ma jkomplux qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’Mejju li ġej.

Dan ħareġ fi tmiem is-seduta ta’ dalgħodu meta d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kkonferma li Casa ma jixtieqx li l-proċeduri tal-libell ikomplu qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

F’Ottubru li għadda, l-MEP Marlene Mizzi fetħet libell lil Casa wara li akkużaha li kienet qed tieħu flus li jingħataw lilha bħala ewroparlamentari għall-kirja tal-uffiċċju tagħha.  Il-Maġistrat Rachel Montebello widdbet lil Jason Azzopardi u talbitu jqisu kliemu wara li nfexx jgħajjat f’nofs l-awla u jallega li fil-qorti jgħaddi kollox. Dan wara li l-avukat Edward Gatt li qed jidher għal Mizzi rrimarka l-fatt li Casa ma jridx li l-proċeduri ta’ libell ikompli qabel l-elezzjoni ta’ Mejju li ġej.

Fis-seduta ta’ dalgħodu nstemghet ix-xhieda tal-editur tal-Malta Today Savior Balzan li saħaq kif David Casa għadu ma ressaqx proċeduri legali kontrih dwar artikli li fihom intqal kif persuna qrib Casa qalet li għamel użu mid-droga kokaina u artikli li kixfu wkoll miżappropjazzjoni ta’ fondi Ewropej dwar kiri ta’ uffiċċu fid-Dar Ċentrali.

Dwar l-awditjar tal-infieq tal-fondi minn David Casa, huwa saħaq li l-unika stqarrija li l-kontijiet huma awditjati saret minn aġent ta’ Nickie Dimech li madankollu ma kienx l-awditur ta’ Casa fiż-żmien ikkonċernat.

Waqt il-kontro-eżami, Azzopardi wkoll deher jagħmel mistoqsijiet irrelevanti għall-kawża tant li l-maġistrat m’aċċettathomx bħalla parti mix-xhieda.
L-ewroparlamentari Marlene Mizzi wkoll tat ix-xhieda tagħha hekk kif ressqet ir-regolamenti tal-Parlament Ewropej dwar l-infiq tal-fondi li jingħataw lill-ewroparlamentari u sentenza tal-qorti ewropea li tgħid b’mod ċar li l-kontijiet huma xi ħaġa privata u għandu jkun hemm prattika tajba skont ir-regoli.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here