Home One News Belti ta’ 45 sena arrestat wara li nqabad b’aktar minn 15-il kilo...

Belti ta’ 45 sena arrestat wara li nqabad b’aktar minn 15-il kilo droga

10
0
SHARE
Advertisement

Ħidma oħra mill-Pulizija fl-aħħar sigħat wasslet għall-arrest ta’ raġel ta’ 45 sena mill-Belt iżda li joqgħod Ħaż-Żebbuġ wara li l-Ħamis filgħaxija nqabad bi b’aktar minn 15-il kilo droga lesta biex tiġi ttraffikata.

Il-Pulizija qalet li d-droga nstabet waqt tfittxija li f’karozza li kien qiegħed isuq il-Belt. Fil-karozza nstabu kważi 15-il kilo tal-pjanta kannabis, kollha jew parti minnha, lesta għall-bejgħ.

Tfittxijiet ulterjuri li saru fir-residenza tal-istess individwu f’Ħaż-Żebbuġ wasslu fis-sejba ta’ iktar droga fosthom 300 gramma ta’ raża tal-kannabis, 80 gramma kokaina u aktar kannabis.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Audrey li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta Maġisterjali .

Ir-raġel ser jitressaq taħt arrest is-Sibt quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr C. Stafrace Żammit akkużat bil-pussess mhux għall-użu personali tal-istess mediċina perikoluża.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here