Home One News 40 jinqatlu f’attakk f’moskea fi New Zealand

40 jinqatlu f’attakk f’moskea fi New Zealand

11
0
SHARE
Advertisement

Minn tal-inqas 40 persuna nqatlu fi sparatura li seħħu f’żewġ moskej f’Christchurch fi New Zealand.

Il-Prim Ministru Jacinda Ardern iddeskriviet dan bħala wieħed mill-iktar jiem koroh tal-pajjiż.

Il-Kummissarju tal-Pulizija Mike Bush qal li tliet irġiel u mara jinsabu fil-kustodja tal-pulizija, iżda wissa li jista jkun hemm iktar suspettati li għadhom ma nqabdux.

Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison qal li wieħed minn dawk arrestati kien ċittadin Awstraljan. Huwa ddeskrivih bħala terrorista vjolenti u estremista lemini.

Xhieda fuq il-post qalu lill-midja lokali li ġrew għal ħajjithom u raw nies bid-demm mal-art quddiem il-moskea Al Noor.

Il-pulizija emfasizzat li s-sitwazzjoni kienet għadha qed tiżviluppa u għadha ma kkonfermatx kemm inqatlu nies.

L-awtoritajiet avżaw biex il-moskej kollha fil-belt jingħalqu għalissa, hekk kif dan l-attakk kien deskritt bħala att ta’ vjolenza bla preċedent.

Fuq Twitter, il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat qal li l-ħsibijiet ta’ Malta jinsabu mal-familji u l-ħbieb tal-vittmi f’Christchurch.

 

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here