Home One News 31,000 persuna żżur is-siti ta’ Heritage Malta bil-passaport

31,000 persuna żżur is-siti ta’ Heritage Malta bil-passaport

2
0
SHARE
Advertisement

Fil-100 ġurnata li ilu jeżisti l-passaport ta’ Heritage Malta, 7,000 student ġabar il-passaport tiegħu, u b’kollox, 31,000 adult u student diġà żaru bosta siti storiċi tal-Aġenzija mingħajr ħlas.

F’konferenza tal-aħbarijiet kien spjegat li b’kollox, sebat elef student ġabru passaport ta’ Heritage Malta. Sinjal qawwi ta’ poplu ċkejken li japprezza l-wirt storiku u kulturali tiegħu.  Il-Minsitru Owen Bonnici esprima sodisfazzjon għal dawn iċ-ċifri, u fakkar li permezz ta’ inizjattivi bħal dawn il-Gvern qed jipprovdilna aċċess aħjar ta’ stit storiċi ta’ pajjiżna.

Il-Passaport ta’ Heritage Malta huwa opportunità unika għal dawk l-istudenti li għandhom għal qalbhom il-kultura u jipprovdi lilhom u lil żewġ adulti b’aċċess bla ħlas u bla limitu fil-mużewijiet u s-siti kollha tal-Aġenzija. Huwa tnieda bil-għan li jingħata lil studenti tal-iskejjel primarji u sekondarji madwar Malta u Għawdex.

Il-passaport jista’ jinġabar meta wieħed iżur xi sit jew mużew tal-Aġenzija, wara li jippreżenta l-card ta’ Heritage Malta, li tqassmet lit-tfal kollha mill-iskejjel tagħhom. Waqt kull żjara, il-passaport jiġi ttimbrat, biex kull student ikollu rikordju tas-sit li żar.

Jekk student ikollu 10 timbri minn 10 postijiet differenti, jingħata żewġ VISAs li jagħtu aċċess ta’ darba għal żewġ siti li ma jkunux normalment miftuħa għall-pubbliku.
Min ikollu 27 timbru minn 27 post differenti, eventwalment jingħata VISA għal dħul ta’ darba fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni jew rigal esklussiv mingħand Heritage Malta.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here