Home One News Żewġ Serbi u Maċedonjan arrestati wara sejba ta’ droga

Żewġ Serbi u Maċedonjan arrestati wara sejba ta’ droga

12
0
SHARE
Advertisement

Żewġ Serbi wieħed wieħed ta’ 39 sena u ieħor ta’ 31 sena u raġel ta’ 42 sena mill-Maċedonja mistennija jitressqu l-qorti wara li nqabdu b’diversi tipi ta’ droga u ponn tal-ħadid f’residenza fl-Imsida.

Il-Pulizija qalet li l-irġiel ġew arrestati l-Erbgħa wara li l-Ħadd li għadda, Albaniż ta’ 32 sena ndarab gravi wara li kellu xi jgħid magħhom u mar jagħmel rapport l-Għassa ta’ San Ġiljan. Ingħad li minn tfittxija li saret fuqhom instabet droga suspettata ħaxixa tal-kannabis u kokaina, u ponn tal-ħadid.

Ir-raġel mill-Maċedonja ġie arrestat waqt li kien sejjer fir-residenza u minn tfittxija li saret fuqu, il-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan sabu iżjed droga suspettata ħaxixa, kokajina u MDMA.

Dwar is-sejba tad-droga nfetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Audrey Demicoli li ħatret bosta esperti biex jassistuha.

L-invesitgazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here