Home One News Tusk mistenni jitlob lil mexxejja Ewropej jikkunsidraw estensjoni għal Brexit

Tusk mistenni jitlob lil mexxejja Ewropej jikkunsidraw estensjoni għal Brexit

0
0
SHARE
Advertisement

Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk se jappella lill-mexxejja Ewropej biex ikunu miftuħa għal estensjoni ta’ Brexit.  Dan fl-isfond li l-Membri parlamentari Ingliżi għandhom jivvutaw fuq l-estensjoni tad-data tat-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Il-Mexxejja tal-Unjoni Ewropea mistennija li jiltaqgħu għal summit fil-21 ta’ Marzu fejn se jkollhom l-aħħar diskussjonijiet qabel id-29 tax-xahar.

Il-Prim Ministru Theresa May sostniet li jekk il-ftehim tagħha ma jiġix approvat , se jkun meħtieġ li tiġi estiża id-data tat-tluq.

Theresa May affaċjat kritika kbira wara ż-żewġ telfiet kbar li soffriet nhar L-Erbgħa li għadda u f’Jannar. Il-gimgħa d-dieħla May se tagħmel attentat ieħor biex tipprova tgħaddi l-ftehim mal-Unjoni Ewropea.

Biex it-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea jiġi pospost, jeħtieġ li s-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea japprovaw unanimament. Qed ikun ippjanat li Tusk se jkollu diversi laqgħat fid-dwal tat-taħdidiet mistennija f’Brussell il-gimgħa d-dieħla.

Filwaqt li l-President tal-Kummisjoni Ewropea Jean- Claude Juncker insista li kwalunkwe estensjoni għandha issir qabel l-Elezzjonijiet Ewropej skedati għall-aħħar ta’ Mejju, Donald Tusk implika li l-estensjoni tad-data tat-tluq lil hinn minn Mejju li ġej hija possibbli.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here