Home One News Tikkunsmax dawn il-prodotti minħabba allerġeni mhux iddikjarati

Tikkunsmax dawn il-prodotti minħabba allerġeni mhux iddikjarati

10
0
SHARE
Advertisement

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara li saru l-investigazzjonijiet neċessarji, l-imsemmijin prodotti m’għandhomx jiġu kkunsmati minn persuni li huma allerġiċi jew intolleranti għall-ingredjenti indikati hawn taħt, minħabba li tali allerġeni mhumiex iddikkjarati fuq it-tikketta.

Isem tal-prodotti:

Salted Cashew nuts

Party Snack

Ditta:

Tong Garden

Użin:

Salted Cashew nuts, 40g u 160g

Party Snack, 40g u 185g

Dati tad-durabbilità:

Salted Cashew nuts, 40g – Best Before 03/12/19

Salted Cashew nuts, 160g – Best Before 12/12/19

Party Snack, 40g – Best Before 03/12/19

Party Snack, 185g – Best Before 12/12/19

Allerġen mhux iddikkjarat:

Salted Cashew nuts: ĦALIB

Party Snack: SOJA

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/EnvironmentalHealth-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq
https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here