Home One News Il-Parlament Ingliż jivvota favur il-postponiment tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE

Il-Parlament Ingliż jivvota favur il-postponiment tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE

19
0
SHARE
Advertisement

Il-Parlament Ingliż ivvota favur li r-Renju Unit jitlob ftehim mal-Unjoni Ewropea sabiex Brexit ikun pospost.  Dan hekk kif il-vot intrebaħ b’412-il vot favur u 202 voti kontra.

Dan filwaqt li għall-ewwel emenda li proponiet li Brexit jiġi ttardjat sabiex ikun hemm ċans isir referendum ieħor, il-parlament ingliż ivvota kontra, bi 334 vot favur u 85 vot kontra.

Il-parlament ingliż bi tliet voti u żewġ voti differenza rispettivament ivvota kontra li Brexit jiġi pospost għat-30 ta’ Ġunju u li l-membri parlamentari jingħataw ċ-ċans li jivvutaw dwar id-dettalji ta’ kif isir Brexit.

Il-Partit Laburista Ingliż tilef ukoll b’ 16-il vot dwar il-proposta li l-parlament jingħata iżjed ċans biex isib soluzzjoni alternattiva għal Brexit.

Dan kollu seħħ wara li l-Erbgħa li għadda il-Parlament Ingliż ivvota favur mozzjoni biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea bi ftehim.

Però il-ftehim ta’ Theresa May nhar it-Tnejn ġie miċħud mill-istess Parlament.

 

 

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here