Home One News Aktar minn 87,000 student tal-Ingliż fl-2018

Aktar minn 87,000 student tal-Ingliż fl-2018

9
0
SHARE
Advertisement

Is-sena li għaddiet, aktar minn 87 elf student ġew Malta biex jitgħallmu l-Ingliż.

Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-iskejjel tal-Ingliż is-sena li għaddiet baqgħu fl-istess ilma tas-sena ta’ qabel.

Dan is-suq turistiku jammonta għal tlieta punt erbgħa fil-mija tat-turisti li ġew Malta s-sena li għaddiet.

Kważi nofs l-istudenti ġew mill-Italja, mill-Ġermanja u minn Franza. Miċ-ċifri joħroġ li bħala medja kull student dam Malta ftit aktar minn ġimagħtejn.

B’kollox l-istudenti li ġew jistudjaw l-Ingliż f’Malta, qagħdu hawnhekk għal iktar minn 215-il elf ġimgha.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li l-iskejjel tal-Ingliż iħaddmu magħhom aktar minn elf ruħ bejn għalliema u ħaddiema oħrajn.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here