Home Newsbook Filmat: “Bdejt din l-għaqda biex noħloq ferħ f’ħajjet dawk fil-bżonn” – Lippu

Filmat: “Bdejt din l-għaqda biex noħloq ferħ f’ħajjet dawk fil-bżonn” – Lippu

2
0
SHARE
Advertisement

Fl-aħħar ġimgħat bdiet topera għaqda ġdida bl-għan ewlieni tagħha jkun li taħdem fuq proġetti u avvenimenti li jistgħu jwasslu għall-ferħ f’ħajjet persuni li huma fil-bżonn.

F’filmat imtella’ fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, Zammit qal li l-għaqda We Give Joy se tkun qed toħloq komunità ta’ sapport għal persuni sempliċi u ta’ qalb tajba li jixtiequ jagħtu lura lill-komunitajiet tagħhom u jagħmlu xi ħaġa ta’ ġid.

Fost l-avvenimenti semma kif attivitajiet li jara din l-organizzazzjoni taħdem fuqhom jinkludu, fost l-oħrajn, li jsajru xi ikla għal persuni foqra u bla dar, jew inkella jorganizzaw “beauty day” għall-pazjenti tal-kanċer.

Temm il-filmat tiegħu b’messaġġ li huwa sinjifikanti ħafna għalih li bih jittama għal żmien fejn l-umanità titgħallem tagħti iktar milli taqla’.

The post Filmat: “Bdejt din l-għaqda biex noħloq ferħ f’ħajjet dawk fil-bżonn” – Lippu appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here