Home Newsbook Brexit: May bl-aħħar attentat sabiex issalva l-ftehim

Brexit: May bl-aħħar attentat sabiex issalva l-ftehim

9
0
SHARE
Advertisement

Theresa May qed tagħmel l-aħħar attentat tagħha sabiex issalva l-ftehim dwar Brexit qabel il-vot li se jittieħed mill-Parlament Ingliż illejla.

Il-BBC qed jirrapporta kif il-Prim Ministru Ingliża ħeġġet lill-Membri Parlamentari sabiex jappoġġjaw il-ftehim tagħha li sostniet huwa “aħjar” minn dak ta’ qablu jew inkella jidħlu f’riskju li Brexit iseħħ mingħajr ftehim. Madanakollu, għad hemm bosta li qed jopponu dan il-ftehim. Huma qed jgħidu li l-assigurazzjonijiet legali assigurati mill-Prim Ministru mhumiex biżżejjed biex jipprevjenu lill-Ingilterra milli tibqa’ marbuta permanentament mill-Unjoni Ewropea.

Bill Cash, membru importanti tal-European Research Grupp qal li fid-dawl tal-analiżi legali li għamlu huma ma jirrakkomandawx li l-Membri Parlamentari għandhom jaċċettaw il-mozzjoni tal-Gvern Ingliż illum. Intant, jidher li hemm konfużjoni hekk kif iċ-Ċermen tal-European Research Grupp, Jacob Rees-Mogg għadu ma ddeċidiex kif se jkun qed jivvota, filwaqt li d-Democratic Unionist Party jidher li mhux sodisfatt bil-progress li sar s’issa.

The post Brexit: May bl-aħħar attentat sabiex issalva l-ftehim appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here