Home Newsbook Karti tal-identità qodma se jinbidlu fuq medda ta’ 10 snin

Karti tal-identità qodma se jinbidlu fuq medda ta’ 10 snin

10
0
SHARE
Advertisement

Karti tal-identità li huma differenti minn kif inhu stabbilit mill-aħħar deċiżjonijiet fuq livell Ewropew se jkunu qed jinbidlu fuq medda ta’ għaxar snin.

Fi stqarrija l-Parlament Ewropew (PE) qal li l-Kumitat għad-Drittijiet Ċivili approva ftehim mal-Kunsill Ewropew dwar miżuri komuni ta’ sigurtà għall-karti tal-identità Ewropej biex tonqos il-frodi tal-identità.

Skont il-PE, huwa importanti li d-dokumenti ma jkunux jistgħu jinbidlu jew jiġu ffrodati biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata. Intqal li se ssir mandatorja li ritratt tal-wiċċ u żewġ marki tas-swaba jkunu fuq ċippa fil-kartà tal-identità. Tfal taħt is-sitt snin se jkunu eżenti minn din ir-regola.

Mudelli qodma tal-karti tal-identità se jkunu nbidlu sa għaxar snin oħra. Dawk il-karti li magna ma tistax taqrahom se jinbidlu sa ħames snin oħra.

Fl-Ewropa bħalissa hawn madwar 86 verżjoni differenti ta’ karti tal-identità.

The post Karti tal-identità qodma se jinbidlu fuq medda ta’ 10 snin appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here