Home Newsbook Il-Filippini huma nies li kapaċi jevanġelizzaw

Il-Filippini huma nies li kapaċi jevanġelizzaw

6
0
SHARE
Advertisement

Il-Kardinal Fernando Filoni, Prefett tal-Kongregazzjoni għall-Enabġeliżazzjoni tal-Popli, irrikonoxxa s-sehem importanti li l-ħaddiema Filippini li jaħdmu barra minn pajjiżhom għandhom fl-evanġeliżazzjoni u ddeskrivihom bħala missjunarji tal-fidi tagħhom fost il-popli li jgħixu u jaħdmu magħhom.

L-aġenzija tal-aħbarijiet Zenit ikkwotat dak li qal il-Kardinal Filoni lil pubblikazzjoni tal-Knisja f’Macao, li “Il-Filippini jafu jevanġelizzaw b’mod tal-għaġeb, mhux biss f’pajjiżhom iżda kull fejn ikunu madwar id-dinja”.

10 miljuni jaħdmu barra l-pajjiż

Hu stmat li hemm madwar 10 miljun Filippini jaħdmu barra minn pajjiżhom u għalhekk “huma jagħtux iehda kullimkien. Din hi ħaġa sabiħa. Ifisser li għalihom m’hemmx ftuntieri imma fraternità”, qal il-Karidnal li qabel kien Nunzju Apostoliku fil-Filippini.

Aktar milli wieħed iqis lil dawn il-Filipppini li qed jaħdmu barra l-pajjiż bħala emigranti huma jaqsmu wkoll ‘it-teħor tal-esperjenza, il-fidi u l-imħabba tagħhom’ mal-oħrajn.

Imħabba u ferħ

“Jien ċert li l-knejjes lokali fejn qegħdin dawn il-ħaddiema, jieħdu vantaġġ għax-xhieda li dawn jistgħu jagħtu tal-fidi tagħhom. Dawn iġibu magħhom imħabba, ferħ u jagħnu lill-knejjes lokali,” żied jgħid il-Karfdinal.

Il-Kardinal Ferdinando Filoni kien fil-Filippini fejn il-Knisja Kattolika l-bieraħ iċċelebrat il-Ħadd Nazzjonali tal-Emigranti

Statistika uffiċjali turi li hemm madwar 219,000 Filippin jaħdmu f’Hong Kong u madwar 30,000 oħra f’Macau. Il-Kardinal Finoli kien f’Macau għax bħalissa qed jagħmel żjara pastorali fir-reġjun. Fit-3 u l-4 ta’ Marzu hum qaddes fil-Katidral ta’ Macau fejn barra n-nies tal-lokal attendew ukoll ħafna ħaddiema Filippini.

Il-Kardinal ħa wkoll l-okkażżjoni biex iltaqa’ mal-qassisin, reliġjużi u seminaristi u żar l-Universita’ ta’ San Ġużepp.

 

The post Il-Filippini huma nies li kapaċi jevanġelizzaw appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here