Home Newsbook Filmat: Aġġornata: Nar f’lukanda fil-Qawra; nies jingħataw għajnuna medika

Filmat: Aġġornata: Nar f’lukanda fil-Qawra; nies jingħataw għajnuna medika

6
0
SHARE
Advertisement

Għadd ta’ persuni ngħataw l-għajnuna medika minħabba nar fil-lukanda Qawra Palace.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għas-12.50 pm fi Triq Dawret il-Qawra, fil-Qawra. Numru ta’ pulizija, membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, u ambulanza marru fuq il-post.

Kelliem għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qal ma’ Newsbook.com.mt li għadd ta’ persuni ngħataw għajnuna medika fuq il-post peress li belgħu xi dħaħen.

Aktar dettalji dalwaqt

Filmat: Luke Zerafa

The post Filmat: Aġġornata: Nar f’lukanda fil-Qawra; nies jingħataw għajnuna medika appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here