Home Newsbook 150,000 Malti jsofri minn problemi ta’ saħħa mentali – Richmond Foundation

150,000 Malti jsofri minn problemi ta’ saħħa mentali – Richmond Foundation

4
0
SHARE
Advertisement

Madwar 150,000 persuna f’Malta bħalissa qed isofru jew se jsofru minn problemi ta’ saħħa mentali. Dan qalitu l-Kap Eżekuttiv ta’ Richmond Foundation Stephania Dimech Sant waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn Richmond Foundation nediet kampanja t’għarfien dwar is-saħħa mentali, filwaqt li tat dehra ġdida għall-organizzazzjoni f’għeluq il-25 sena mill-ħolqien tagħha.

Illum il-ġurnata, Richmond toffri varjetà ta’ 11-il servizz differenti, filwaqt li taħdem ma’ ‘l fuq minn 2,000 persuna fis-sena. Fost dawn il-persuni hemm 130 li jagħmlu uzu mis-servizzi residenzjali, filwaqt li l-bqija jieħdu appoġġ psikoloġiku u taħriġ.

Anthony Guillaumier iċ-Ċerpersin ta’ Richmond Foundation qal kif fl-aħħar 25 sena, Richmond Foundation ħadmt bis-sħiħ sabiex tasal sabiex tilħaq l-organizzazzjoni ewlenija fil-qasam tas-saħħa mentali f’Malta. Qal li biex organizzazzjoni tibqa’ valida u ħajja, trid tibqa’ relevanti u aġġornata mal-eżiġenzi tal-ġurnata, b’hekk ittieħdet deċiżjoni li tagħti wiċċ ġdid lill-għaqda.

Luke Zerafa

Min-naħa tagħha, Dimech Sant spjegat li s-saħħa mentali għandha impatt wiegħsa ħafna, tħalli impatt fuq l-individwi, r-relazzjonijiet tiegħu u anke s-soċjetà. Sostniet li ħafna mill-problemi f’dan il-qasam ġejjin mill-istigma hekk kif bosta jistħu jew jibżgħu juru li għandhom problemi tas-saħħa mentali.

Carly Burton, minn BRND WGN, li ħadmet u ffinanzjat il-bidla fid-dehra ta’ Richmond qalet li l-bidla fid-dehra saret bil-għan li tinkoraġġixxi persuni jkunu interessati jsibu u jieħdu l-għajnuna li għandhom bżonn. Qalet li l-logo inniffsu jirrappreżenta l-konfużjoni li wieħed iħoss meta jiġi wiċċ imb’wiċċ ma’ problemi tas-saħħa mentali, kif ukoll il-mixja ‘l quddiem għal ħajja aħjar.

Intant, ġie mniedi numru ġdid fejn il-pubbliku jista’ jċempel, 1770, sabiex jikseb is-sapport neċessarju u jibda l-vjaġġ tiegħu biex jgħeleb il-problemi tas-saħħa mentali. Dimech Sant spjegat kif fl-erba’ ġimgħat li ġejjin se jkun hemm kampanja fit-toroq Maltin u anke onlajn sabiex ixxandar dan in-numru ġdid u d-dehra ġdida tagħha.

Luke Zerafa

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca għalqet l-avveniment ta’ Richmond billi sostniet dwar id-dedikazzjoni li għandhom kemm dawk li jmexxu u dawk il-ħaddiema kollha li jagħtu s-sehem tagħhom f’din l-għaqda. Irrimarkat li hija bil-wisq importanti għall-pajjiż.

Coleiro Preca tkellmet dwar iż-żmien tal-ftuħ ta’ Villa Chelsea lura fl-1995, meta kien hemm kritika kbira għax il-binja f’Birkirkara ngħatat biex tintuża minn persuni li għandhom problemi ta’ saħħa mentali. Qalet li minkejja li ż-żminijiet inbidlu, xorta għad hawn stigma negattiva dwar is-saħħa mentali.

The post 150,000 Malti jsofri minn problemi ta’ saħħa mentali – Richmond Foundation appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here