Home Net News Silvio Schembri jammetti li għad hawn nies jitkarrbu għal post fejn joqgħodu

Silvio Schembri jammetti li għad hawn nies jitkarrbu għal post fejn joqgħodu

9
0
SHARE
Advertisement

Hu inutli li l-ekonomija ta’ pajjiżna tikber, jekk il-ġid ma jasalx għand in-nies u jkun għad fadlilna n-nies jitkarrbu għal post tal-housing.

Din mhix xi dikjarazzjoni tal-Oppożizzjoni, iżda tas-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri, b’reazzjoni għal rapporti mimlija twissijiet ippubblikati mill-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Kummissjoni Ewropea.

Fost oħrajn, ir-rapport tal-IMF jiddikjara li l-Gvern irid jagħmel iktar biex inaqqas ir-rata tal-istudenti li jħallu l-iskola kmieni kif ukoll bIex inaqqas il-faqar.

Dawn ir-rapporti, li ħarġu biss ftit sigħat bogħod minn xulxin, jinnutaw ukoll li għalkemm pajjiżna qed jara ammont kbir ta’ bini u żvilupp, għad għandna persuni jgħixu barra fit-triq.

Bil-Gvern Laburista li għadu ma beniex appartament wieħed fl-aħħar sitt snin, riċerka li saret fl-aħħar xhur turi li bħalissa f’Malta, għallinqas dawk li l-awtoritajiet jafu bihom, hawn 300 jgĦixu f’karozza u 27 persuna li qed jgħixu barra fit-triq. Magħhom jiżdiedu mijiet li jgħixu f’garaxxijiet.

Il-problema tant kibret li minkejja li l-YMCA tista’ toffri saqaf ghal 30 persuna, ta’ kuljum qed ikollhom ukoll ħames talbiet oħra li jispiccaw jirrifjutaw. Dan apparti li joffru servizzi ta’ ikel, ħwejjeġ u terapija lil persuni fil-bżonn u li ma jaffordjawhomx.

The post Silvio Schembri jammetti li għad hawn nies jitkarrbu għal post fejn joqgħodu appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here