Home Net News “Nittama li nkun nista’ nimxi bil-krozzi” – Eku tal-inċident ta’ Ġunju

“Nittama li nkun nista’ nimxi bil-krozzi” – Eku tal-inċident ta’ Ġunju

13
0
SHARE
Advertisement

Kważi għaxar xhur wara li l-plejer tal-futbol Olandiż Leon de Kogel kien involut f’’inċident tat-traffiku f’pajjiżna, hu għadu għaddej minn intervent mediku wara l-ieħor bl-iskop li tkun salvata siequ u forsi jkun jista’ jimxi mill-ġdid mingħajr krozzi.

F’intervista ma’ BBC Sport, Leon jispjega x-xeni drammatiċi tal-mumenti mmedjatament wara l-inċident:

“Niftakarni nsellem għall-aħħar darba lil kulħadd, inkluż lil uliedi u l-għeżież tiegħi li ma kinux miegħu. Ħassejtni li qed immut. Qaluli biex ma nħarisx ‘l isfel lejn saqajja, imma hekk għamilt. Rajt l-irkoppa kompletament miksura u kien hem li ntlift minn sensija. Ħassejtni dieħel f’mina.”

L-inċident kien seħħ ftit tal-ħin wara s-01:00 tat-Tnejn 11 ta’ Ġunju fi Triq is-Salini, limiti tan-Naxxar. Tfajla mir-Rabat, Għawdex, kienet qed issuq waqt li biswitha kien hemm iż-żagħżugħ Olandiż bħala passiġġier.

Il-vettura tagħhom spiċċat taħbat head on ma’ taxi li kienet għaddejja fit-triq magħrufa bħala t-Telgħa ta’ Alla u Ommu, li fiha biss karreġġjata waħda kull naħa.

de Kogel spiċċa maqbud fil-karozza u kien hemm bżonn l-intervent tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex seta’ jinħareġ mill-vettura u ttieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura.

de Koegel, li sa llum għamel disa’ operazzjonijiet, jirrakonta kif it-tobba qalulu li hu fortunata għaliex f’inċidenti simili normalment jitħassru wkoll in-nervituri.

Missieru, li bħal ommu kellu jieqaf mix-xogħol biex ta’ kuljum iwassluh sal-isptar, jgħid li għall-bidu ma kien kapaċi jagħmel xejn u kienu jqandluh anke biex jiċċaqlaq 3 ċentimetri kollox.

Il-biża’ hi li se jkollu bżonn irkoppa prostetika li madankollu sservi biss għal 15-il sena u li tista’ ssir biss darbtejn. “Inħoss li għadni pjuttost żgħir fl-eta’ għal xi ħaġa bħal din,” jiddikjara Leon.

Sadattant jittama li jkun jista’ jimxi mill-ġdid mingħajr krozzi. “Irrid li nkun hem għaż-żewġ subien tiegħi. Nittama li mqar inkun nista’ nilgħab ftit futbol magħhom fil-ġardina tad-dar tagħna.”

L-inċident ħalla lil Leon fi problem finanzjarji serji wara spejjeż kbar ta’ tobba u avukat u jiddikjara li l-kumpanija tal-assigurazzjoni tax-xufiera kkuntattjatu biss wara l-interventi ta’ avukat f’Malta u ieħor fl-Olanda.

Fl-aħħar jiem hu ħa l-ewwel pagament mill-kumpanija tal-assigurazzjoni lokali, “madankollu jgħid li mhux jirrikonoxxu l-ebda responsabbiltà.

The post “Nittama li nkun nista’ nimxi bil-krozzi” – Eku tal-inċident ta’ Ġunju appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here