Home Net News Il-Partit Nazzjonalista bi proposti konkreti dwar l-ambjent

Il-Partit Nazzjonalista bi proposti konkreti dwar l-ambjent

8
0
SHARE
Advertisement

Il-Partit Nazzjonalista għandu lista ta’ proposti konkreti għal dak li jirriggwarda l-qasam ambjentali, fosthom li jrid isir investiment u infurzar aħjar minn naħa tal-Gvern, ikun hemm inċentivi ġodda mill-Gvern fis-Circular Economy, issir għassa ambjentali dwar it-tniġġis tal-arja u l-istorbju, l-involviment tall-komunità b’attivitajiet marbutin mal-abjent, id-disponibilità ta’ opportunitatjiet akkademiċi għar-riċerka f’dan il-qasam, iktar għajnuna lill NGOs u inqas burokrazija fil-ksib ta’ fondi għal inizzjattivi ekoloġiċi.

Dawn u aktar proposti tressqu mill-Partit Nazzjonalista waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fid-Dar Ċentrali minn David Agius, Viċi Kap tal-Partit, Jason Azzopardi, Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ambjent u Michael Briguglio, Kandidat tal-Partit Nazzjnalista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropej, flimkien mal-Kandidati għall Kunsilli Lokali Roberta Bonello u Janice Chetcuti.

Il-Konferenza saret wara l-ħruġ tar-Rapport dwar l-Istat tal-Ambjent u fid-dawl tan-nuqqas ta’ pjan minn naħa tal-Gvern f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħarsien u t-tisħiħ tal-Ambjent tagħna.

Michael Briguglio qal li mhux talli Malta mhux l-aqwa fl-Ewropa f’dan il-qasam, iżda talli tinsab fl-aħħar pożizzjoni f’dak li għandu x’jaqsam ma’ mmaniġġjar tal-iskart… jiġifieri flok l-aqwa, qegħdin l-għar fl-Ewropa.

The post Il-Partit Nazzjonalista bi proposti konkreti dwar l-ambjent appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here