Home Net News Sami Khedira xahar barra mill-azzjoni

Sami Khedira xahar barra mill-azzjoni

3
0
SHARE
Advertisement

Il-midfielder ta’ Juventus Sami Khedira se jagħmel xahar nieqes mill-azzjoni wara trattament fil-qalb li bdiet tħabbat irregolari. Khedira li għandu 31 sena, mhux fl-iskwadra ta’ Juventus għall-impenn fiċ-Champions League kontra Atletico Madrid illejla.

Fi stqarrija, Juventus qalu li Khedira għamel intervent mediku u jinsab għaddej bit-trattament. F’dan l-istaġun, Khedira lagħab 15-il logħba biss ma’ Juventus minħabba serje ta’ injuries.

Din is-sitwazzjoni hi simili ħafna ta’ dak li ġara lil Stephan Lichtsteiner fl-2015. L-Iżvizzeru kien inbidel fil-ħin tal-mistrieħ tal-logħba kontra Frosinone fit-23 ta’ Settembru tal-2015. Inċidentalment, Khedira ħass l-istess problema fi tmiem l-aħħar logħba tagħhom fil-kampjonat proprju kontra Frosinone.

The post Sami Khedira xahar barra mill-azzjoni appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here