Home One News Għawdex jinsab miexi ‘l quddiem  

Għawdex jinsab miexi ‘l quddiem  

6
0
SHARE
Advertisement

Għawdex jinsab miexi ‘l quddiem u l-bidliet li qed jagħmel u jipproponi l-gvern jiggarantixxu iktar suċċess għaż-żmien li ġej.

Qalu dan il-Ministru għall-Għawdex Justyne Caruana u l-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, Alex Agius Saliba f’konferenza tal-aħbarijiet.

Il-Ministru Caruana fissret l-effett li se jkollha l-Awtorità Reġjonali li qed tkun diskussa fil-Parlament. “Se tkun awtorità b’saħħitha li se tiggarantixxi l-iżvilupp ta’ Għawdex. Fuq kollox din l-awtorità se tistabbilixxi standards u tigarantixxi li dak kollu li ilna nitkellmu fuqu f’Għawdex isir imma jsir fi żmien determinat” qalet il-Ministru Caruana.

Fissret kif f’dan l-isfond saret talba lill-Kummissjoni Ewropea biex issir analiżi s-sitwazzjoni soċjo ekonomika ta’ Għawdex. “Biex hekk nimmasimizzaw il-potenzjal ta’ Għawdex biex jibbenefika minn fondi Ewropej il-massimu possibbli,” qalet Caruana li tkellmet kif fl-aħħar snin żdiedu l-fondi tal-Unjoni Ewropea għal Għawdex.

Il-Ministru Caruana fissret ukoll kif dak li qed jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, dwar Għawdex jitfa’ lill-post lura u mhux ‘il quddiem tant li jkun hemm theddida fuq il-fondi Ewropej.

Il-kandidat Agius Saliba qal li fl-aħħar jiem erġajna rajna d-differenza fil-mod kif iż-żewġ partiti politiċi jħarsu lejn Għawdex.  “Filwaqt li kellna lill-Prim Ministru f’Għawdex iħabbar iktar inizjattivi għal gżira Għawdxija, l-Kap tal-Oppożizzjoni kien qiegħed Għawdex imaqdar kull inizjattiva li ħa dan il-gvern f’Għawdex fl-aħħar snin,” qal Agius Saliba li ta rendikont ta’ numru ta’ bidliet pożittivi li saru f’Għawdex. Min-naħa tagħha l-Ministru rreferiet ukoll għal numru kbir ta’ proġetti li qed isiru f’Għawdex.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here