Home Newsbook “Il-mixja politika nkompliha waħdi”; Cassola jirreżenja mill-AD

“Il-mixja politika nkompliha waħdi”; Cassola jirreżenja mill-AD

6
0
SHARE
Advertisement

Arnold Cassola rreżenja mill-Alternattiva Demokratika wara 30 sena fil-partit. Huwa qal li mil-lum ‘il quddiem, se jimxi l-mixja politika tiegħu waħdu.
Huwa kiteb ittra liċ-Chairman tal-AD Carmel Cacopardo fejn qallu li hu jifhimha differenti mill-Kumitat Eżekuttiv dwar il-kwistjoni tal-abort. Dan wara li llum, is-Segretarju Ġenerali tal-AD Ralph Cassar ippubblika email li Carmel Cacopardo bagħat lil Arnold Cassola li fih qallu li kien ikun aħjar li kieku ressaq il-kummenti tiegħu lill-Kumitat qabel ma ppubblikahom.
Fl-ittra tiegħu, Cassola tenna li huwa kontra l-abort ħlief fil-każ li l-ħajja u s-saħħa tal-omm ikunu f’periklu. Għalhekk, ikkonkluda li l-AD aħjar tkun ħielsa biex tieħu d-deċiżjonijiet tagħha mingħajr ix-xkiel tal-pożizzjoni tiegħu fuq il-kwistjoni.
Huwa qal li se jżomm il-memorji tal-avventura tiegħu ta’ 30 sena mal-AD f’qalbu, filwaqt li jkompli l-mixja politika tiegħu waħdu.

The post “Il-mixja politika nkompliha waħdi”; Cassola jirreżenja mill-AD appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here