Home One News “Pa qatt ma bsart li ħabbejt u missejt daqshekk nies” – Mariah...

“Pa qatt ma bsart li ħabbejt u missejt daqshekk nies” – Mariah Casha t-tifla ta’ Benny

39
0
SHARE
Advertisement

Pa ma nafx minn fejn se naqbad nibda. Ħallejtna hekk ħabta u sabta kont għadni kif ngħidlek “Good Day Da”, u daqsekk fejn kont qed nobsor li mhux se narak iktar.

Bħalissa ninsab ixxukjata bl-amonnt ta’ messaggi illi qed nircievi. Qatt ma bsart li missejt u ħabbejt daqsekk nies pa. Jien vera kburija li int missieri u se tibaa missieri li naf żgur hu li se nimmisjak ħafna u m’hemmx kliem xi ngħidlek ħlief “Grazzi, Strieħ u Ħarisna” ghax għalkemm mintix hawn fiżikament trid tibqa magħna, mal-familja tiegħek u qraba u l-ħbieb tiegħek.

L-aħħar messaġġ li bgħattli kien fil-birthday tiegħi u tant kemm kont persuna li żżomm ġo fik u li ma tkunx trid turi batli fuq chat tagħna u għetli “Happy Birthday Xadina tieghi, J’Alla jkollok dak li tixtieq qalbek”.

Kif nista ninsihom dawn il-kliem li ktiebtli?  Lanqas irrid ninsihom għax kont bniedem ta’ ftit kliem li jfissru ħafna għalija pa.

Anka meta tħalt l-Università l-ewwel li ċempilt lilek u bdejt nibki u għetli  x’ġaralek mela waqajt u jien għetlek li għaddejt.

Dan kien mument sabiħ fejn ħassejt il-vulnerabiltà tiegħek għaliex indunajt li kont qed tibki daqxejn.

Inwegħdek da li jien se nżomm f’moħħi dak kollu li għallimtni, u imn’alla kienu l-Ħdud għalina għax konna nqattgħu ħin flimkien fejn konna nidqu u niġġieldu wkoll imma hekk konna nesprimu l-imħabba tagħ na flimkien.

Sirt nafek aktar hekk u sirt naf kemm il-vera jħobbuk nies.

Da qed nistennik tidħol mil-bieb tad-dar u tgħidilna li wasalt għax kont bniedem storbjuż mhux hażin.  Naf li dan ma jistax isir imma int se tibqa fina ġo qalbna dejjem għal kullħadd. Persuna b’qalb tad-deheb u jien u ħuti ġejna nixbhuk ħafna.

Jien għandi daqxejn minnek u l-paċenzja li ma tantx għandna  jien u Keith photocopy tiegħek u Luke għandu d-determinazzjoni tiegħek.  Inwegħdek ukoll li se nieħu ħsiebhom bħal ma ħadt ħsiebna inti u l-iktar l-ommi u l-ġenituri u ħutek. Int kont u tibqa l-magna tal-familja Casha.

Qatt u qatt m’jien se ninsa l-memorji ta’ flimkien u fadalli ħafna xi ngħidlek imma dak jibqa bejnitna għax hekk għandu jkun. Dik it-tbissima ħelwa tieghek u dik il-ħarsa li tgħidlek ħafna. Da, missier u ġojjel. Inħobbok b’qalbi u b’ruħi kollha.

Hekk qalet it-tifla ta’ Benny Casha fuq is-sit soċjali Facebook fuq missierha Benny, li kien tant maħbub minn bosta nies, atturi u sportivi.

Il-funeral ta’ Benny Casha se jsir għada s-Sibt fil-7.45am fil-Knisja tal-Isla.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here