Home Net News Melo Zammit jirbaħ Klassi A Modified fil-ħames attività tal-kampjonat nazzjonali Autocross

Melo Zammit jirbaħ Klassi A Modified fil-ħames attività tal-kampjonat nazzjonali Autocross

4
0
SHARE
Advertisement

Melo Zammit fuq Opel Corsa rebaħ Klassi A Modified tal-ħames tiġrija mill-Kampjonat Nazzjonali Autocross Pasta Poiatti. B’kollox ħadu sehem 19-il kompetitur maqsuma fi tliet klassijiet, Autocross Modified, Autocross Standard u Autocross Diesel għal karozzi bil-magni Diesel.

Zammit kiseb l-ogħla punteġġ tal-ġurnata wara li rebaħ żewġ heats minn tlieta filwaqt li fit-tielet waħda temm it-tieni. Melo Zammit ħa t-tmun tal-finali, bis-sitt sewwieqa jużaw il-Joker Lap wara xulxin biex ħadd ma jitlef il-pożizzjoni. Hu rebaħ segwit minn Noel Zammit fuq Fiat Punto u Jean Paul Grech fuq Opel Corsa.

Il-finali ta’ Klassi B Modified kellha destin differenti hekk kif kellha titwaqqaf bil-bandiera l-ħamra wara kuntatt bejn Andrew Pisani fuq Opel Nova u Nicolai Aquilina fuq Opel Corsa. Aquilina spiċċa nqeleb mal-ġenb tal-korsa wara li kellu kuntatt ma’ Pisani minħabba li tilef ftit il-kontroll tal-karozza. Ir-riżultat joħroġ wara li l-Bord tad-Dixxiplina jiddiskuti l-każ.

Alex Fenech fuq Peugeot 106 rebaħ il-finali tal-Klassi Autocross Standard għall-ewwel darba segwit minn Johann Vella fuq Opel Nova u Jerome Peplow fuq Kia Avella. Fil-finali ma kien hemm l-ebda tibdil sakemm waslet l-aħħar dawra li fiha Fenech uża l-Joker Lap biex daħal qabel Vella.

Il-Ħadd li għadda kienet organizzata wkoll ir-raba’ attività mill-Kampjonat Nazzjonali tat-Trials. Damon Bonello fuq mutur TRS irreġistra r-raba’ rebħa f’dan l-istaġun segwit minn Rowen Bonello u Ian Scicluna fuq Beta. Mill-Klassi tal-Juniors, Isaac Scicluna rebaħ il-klassi segwit minn Julian Scicluna fuq Oset u Karl Bartolo fuq Beta.

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb fis-sit elettroniku www.asmk.org.mt, fil-paġna ta’ facebook bl-isem Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi, b’kuntatt b’email fuq info@asmk.org.mt jew fuq 99426589.

The post Melo Zammit jirbaħ Klassi A Modified fil-ħames attività tal-kampjonat nazzjonali Autocross appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here